top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

Irridu l-għasses miftuħa

Irridu l-għasses miftuħa

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida? Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA...

09/10/24

Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

10 Punti

Simon Busuttil qed ikompli juri biċ-car li Malta verament tista' timxi 'l quddiem fis-sewwa u l-ġustizzja jekk ikun il-Prim Ministru.



M’iniex se nitkellem fuq l-għaxar punti li kellna bżonn biex nidħlu fl-Università ta’ Malta fi żmien il-‘ħakma’ Soċjalista! Għall-benefiċċju ta’ dawk il-qarrejja żgħażagħ jew dawk li għandhom inqas minn 50 sena, matul il-‘ħakma’ mingħajr maġġoranza tal-Gvern Soċjalista, dawk l-istudenti kollha li kienu jattendu sixth forms tal-Knisja jew tal-privat kienu diskriminati milli jidħlu fl-Università. Dan għaliex l-istudenti li kienu jattendu s-sixth form tal-Gvern kellhomgħaxar punti aktar. Għaldaqstant, dawk li kienu jattendu s-sixth form tal-Gvern kienu jgħaddu għall- Università waqt li l-istudenti l-oħra kienu jibqgħu barra! Fil-fatt, ġenerazzjoni sħiħa ta’ żgħażagħ ġiet imċaħħdamilli tkompli listudji tagħha!

Imma f’dan l-artiklu se nitkellem fuq għaxar punti oħra li huma parti mid-diskors li għamel Simon Busuttil fil-Parlament dwar il-Baġit kif ippreżentat mill-Gvern Laburista.

Min iħobb jużamoħħu u jaħseb, jaf li d-diskors ta’Simon Busuttil kien loġiku u b’argumenti reali, li juri li l-PN reġa’qiegħed iħoss il-polz taċ-ċittadini. Kien diskors ta’persuna li għandha viżjoni ċara ta’ fejn tixtieq tieħu lill-pajjjiż jekk tingħata l-fiduċja tal-poplu. Nistqarr li ma kienx diskors li kompla jikxef l-ingann u l-qerq ta’ dan il-Gvern biss, imma kien diskors li fih Simon Busuttil offra sensiela ta’ proposti konkreti. Dawn il-proposti jikkumplimentaw oħrajn li jinħarġu fid-dokument ta’qabel il-Baġit imsejjaħ ‘Nirnexxu lkoll flimkien’. Din hija t-tieni darba li partit fl-Oppożizzjoni mhux biss jistenna l-Baġit tal-Gvern immaminn qabel joffri l-ideat u l-viżjoni tiegħu lill-Gvern. Tant li l-Gvern Laburista ħa diversi proposti li hemm f’dan il-dokument. Fost dawn insibu l-proposti fuq ittnaqqis tat-taxxa fuq il-pensjonijiet, it-tneħħija ta’ żieda fuq il-kirjiet tad-djar tal-Gvern u l-għoti tas-sussidji lil dawk li jikru mingħand il-privat.

L-għaxar punti ta’ Simon Busuttil:

1. Il-PN fil-Gvern jirtira l-garanzija ta’€360 miljun lill-Electrogas u minflok joħloq l-akbar skema ta’ garanziji lil kull min għandu idea tajba, lill-istart-ups li rriduhom ikunu leaders fit-trasformazzjoni ekonomika. F’pajjiżna għandna bżonn ikollna think tank qawwi fejn jinġabru l-ideat innovattivi li jagħmlu qabża fil-kwalità.

2. Il-PN se jippubblika dokument bil-politika l-ġdida dwar is-settur tal-ħwienet; mutur fl-ekonomija, fejn hawn familji li għandhom l-għajxien tagħhom fuq dan is-settur.

3. Gvern immexximinn Gvern ġdid Nazzjonalista jixtri l-elettriku mingħand min ikun l-irħas. U jekk hu irħas mill-interconnector, jinxtara minn hemm. Dak li jiġi ffrankat jgħaddi għand il-konsumatur. Dan huwa punt importanti għaliex kif ilkoll nafu s’issa l-Gvern Laburista ntrabat li jixtri għal 18-il sena mingħand l-Electrogas meta fir-realtà l-elettriku huwa irħas mill-interconnector!

4. Gvern Nazzjonalista jagħmel lista bażika ta’ħtiġiet għal ħajja deċenti biex nistabbilixxu l-linja ta’ dħul meħtieġa biex in-nies ma jgħixux fil-faqar. Min ikun taħt dik il-linja jingħata għajnuna oħra b’mod jew b’ieħor. Huwa għajb għal dan il-Gvern li filwaqt li jiftaħar li l-ekonomija sejra tajjeb, l-ekonomija ta’nies batuti, b’mod partikulari tal-anzjani, sejra ħażin. Iż-żieda ta’€4 fil-ġimgħa tfisser fir-realtà żieda ta’€2.25 biss għax €1.75 hija ż-żieda tal-għoli tal-ħajja li ħa kulħadd. Dan ifisser li €2.25 jiġu €9 fix-xahar u €108 fissena! B’hekk se jitneħħa l-faqar?!

5. Insaħħu l-ġustizzja soċjali fil-qasam tas-saħħa billi l-mediċina lill-anzjani li llum ikollhom jixtruha, tibda tingħatalhom b’xejn.

6. Sistema alternattiva ta’ trasport pubbliku li tagħmel il-qabża li tassew għandna bżonn: sistema nazzjonali ta’ tramway jew light railway li idealment tgħaqqad lil Malta u Għawdex permezz ta’ mina taħt il-baħar.

7. Se tkun ippubblikata politika aġġornata dwar l-ambjent bi proposti konkreti f’qasam li dan il-Gvern tant qiegħed jabbuża. Biżżejjed wieħed jaqra l-proposti li hemm fil-master plan għal Paceville fejn se jinbnew madwar 22 torri.

8. Jekk il-Gvern mhux se jserraħ ras in-nies dwar ir-riskji li jista’ jkun hemm, allura Gvern ġdid immexxi mill-PN ineħħi t-tanker talgass minn Marsaxlokk.

9. Gvern immexximinn Simon Busuttil iwettaq ġustizzja ma’ min sofra inġustizzja. U jżomm ukoll responsabbli lil dawk li wettqu jew għalqu għajnejhom għall-inġustizzji li qed isiru.

10. Issir investigazzjoni indipendenti ta’kull kuntratt negozjat jew iffirmat mill-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri. Mhux hekk biss imma ssir investigazzjoni serja fuq il-kontijiet sigrieti ta’ dawn iż-żewġ sinjuri li ħammġu mhux daqstant isimhom imma ħammġu isimna lkoll.

Għall-kuntrarju ta’għaxar punti tal-mistħija li semmejt fil-bidu li kienu ddaħħlu mill-Gvern Soċjalista, dawn l-għaxar punti li semma Simon Busuttil ikomplu juru biċ-ċar li Malta verament tista’ timxi ’l quddiem fis-sewwa u l-ġustizzja jekk hu jkun il-Prim Ministru.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 6 ta' Novembru, 2016)

1 view

Comments


BACK
bottom of page