top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

“5 min-nies iddedikati biex inaddfu 24 siegħa f’Paceville”

Ma jistax ikun li San Ġiljan isir qisu Paceville bħalma l-Belt Valletta ma tistax issir qisha Paceville.



Minn Gavin Muscat


Is-Sindku ta’ San Ġiljan Albert Buttigieg qal li hemm ħames persuni biss iddedikati biex inaddfu ż-żona ta’ Paceville u staqsa jekk hux qed isir biżżejjed biex iż-żona toffri turiżmu tal-ogħla kwalità.

Dan intqal fuq il-programm Andrew Azzopardi on 103 li pparteċipaw fih Moira Delia, li hija residenti f’San Ġiljan, il-President tal-General Retailers and Traders Union Philip Fenech, is-Supretendent Melvyn Camilleri u l-eks Deputat Nazzjonalista u soċjologu Clyde Puli.

Buttigieg qal li l-problema ta’ infurzar u sigurtà f’Paceville ilha ġejja u li ta’ spiss jirċievi ilmenti minn anzjani u persuni li jgħixu fil-lokalità u ma jkunx jistgħu jorqdu minħabba l-klabbs fil-qrib.

Hu staqsa jekk il-pajjiż innifsu huwiex qed joffri turiżmu ta’ kwalità u li hemm turisti li sakemm jaslu fil-lukanda ta’ ħames stilel ikollhom jimxu qalb toroq mimlijin żibel.

“Ma jistax ikun li San Ġiljan isir qisu Paceville bħalma l-Belt Valletta ma tistax issir qisha Paceville,” sostna s-Sindku Nazzjonalista b’referenza għall-Avviż Legali kontroversjali li estenda l-ħinijiet tad-daqq tal-mużika f’disa’ toroq sas-1am.

Hu tkellem ukoll dwar il-bye-law f’San Ġiljan li tipprojbixxi l-konsum tal-alkoħol fil-fliexken u t-tazzi tal-ħġieġ u staqsa kemm ġew arrestati persuni li kisru din il-bye-law. Buttigieg sostna li l-problema mhijiex il-konsum tal-alkoħol imma n-nuqqas ta’ infurzar mill-awtoritajiet biex il-lokalità tkun sigura.


“Rari nara Pulizija fit-toroq ta’ San Ġiljan” – Moira Delia


Delia qalet li meta tmur timxi filgħodu f’San Ġiljan, rari tara pulizija jimxu fit-triq u jissorveljaw iż-żona.

Hi sostniet li kulħadd iħossu sigur meta jaf li hemm il-Pulizija fit-triq, speċjalment fl-aktar ħinijiet perikolużi imma saqsiet għalfejn m’hemmx infurzar biżżejjed fil-lokalità.

“Għalfejn ikolli nqum u nċempel lill-Pulizija u ma jsir xejn?” saqsiet l-attivista.

Rigward il-ħmieġ fil-lokalità, hi qalet li dan huwa inaċċettabbli u li dan jaffettwa ħafna lit-turisti li jżuru Malta u jesperjenzaw l-ammont kbir ta’ żibel fit-toroq.


“Żdiedu l-patrols f’Paceville u fil-lokalitajiet fil-qrib” – Supretendent Camilleri


Is-Supretendent Melvyn Camilleri qal li hemm ċertu element ta’ moral panic meta tinqala’ ġlieda f’Paceville jew postijiet oħra.

Hu spjega li l-infurzar minn naħa tal-bouncers jieqaf hekk kif jidħlu l-Pulizija li mal-ewwel imorru fuq il-post meta jirċievu rapport ta’ ġlieda jew inċident f’Paceville.

Madanakollu, hu ammetta li l-Pulizija ma kinitx qed tlaħħaq mad-domanda ta’ Paceville u li issa ġiet varata taqsima apposta biex jindirizza dan in-nuqqas. Semma’ wkoll it-Taqsima tal-Kavallerijja f’Paceville u l-patrols bil-klieb tal-Pulizija li jduru t-toroq taż-żona u jinforzaw fejn hemm bżonn.

Infatti, Camilleri qal li l-Pulizija bdiet tifrex dawn ir-rondi lil’ hinn minn Paceville biss u li bdiet tinkludi s-Swieqi, San Ġiljan kollu u anke Pembroke.


“Ma nistgħux nistennew li l-Pulizija tkun kullimkien” – Philip Fenech


Fenech qal li huwa impossibbli li l-Pulizija tkun kullimkien f’Paceville meta jkun hemm bżonnha u li anke kieku setgħet tagħmel dan, il-persuni li jmorru Paceville ma jkunux iridu kważi “police state”.

Mistoqsi dwar il-ġlieda quddiem il-klabb Havana f’Paceville, Fenech qal li l-Pulizija kienet preżenti għal din il-ġlieda u li mhuwiex minnu li ma kinitx taf bil-ġlieda.


Hu saħaq li anke kieku ħadd ma jikkonsma l-alkoħol, xorta se jinqala’ ġlied f’Paceville u inċidenti bħal dawn u għalhekk huwa importanti li jkun hemm infurzar adegwat.

Dwar l-ilmenti ta’ Moira Delia fuq l-ammont assurd ta’ żibel f’Paceville, Fenech qabel li hemm bżonn aktar inizjattiva għaliex il-bins fil-lokalità jimtlew mal-ewwel meta jkun hemm ammont sostanzjali ta’ nies.

Spjega li kien intlaħaq qbil biex tibda topera vettura li tnaddaf it-toroq ta’ Paceville minflok ma jkun hemm bżonn powerwashing kontinwu imma li kien hemm bżonn waħda iżgħar biex tidħol fl-irkejjen tat-toroq.



(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq newsbook.com.mt – 7 ta' Lulju, 2022)

14 views

Comments


BACK
bottom of page