top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Abjad u Iswed

Dan mhux qiegħed ngħidu minn rasi imma wara 30 sena lil ili naħdem fil-qasam soċjali u wara snin naħdem ma' min huwa mġarrab mid-droga.



Dan l-aħħar il-Prim Ministru qal li huwa jaqbel li tiġi llegalizza l-marijuna, jigifieri l-ħaxixa għal skop ta’ rikreazzjoni. Mingħajr titwir mal-lewża, nistqarr li personalment ma naqbilx.


Dan mhux qed ngħidu minn rasi imma wara 30 sena li ili naħdem fil-qasam soċjali u wara snin naħdem ma’ min huwa mġarrab mid-droga.


Hawn qbil bejn kull min jaħdem fost dan il-qasam li l-persuna li tabbuża mid-droga hija persuna li għandha bżonn l-għajnuna u mhux il-kastig. Il-problema ta’ abbuż ta’ droga hija problema ta’ saħħa fis-sens wiesa’ tal-kelma. Min jabbuża mid-droga jagħmel dan għaliex għandu problemi AKBAR fil-ħajja tiegħu fejn labbuż tad-droga hija biss l-effett ta’ ‘weġgħat’ oħra.


Hemm qbil li persuna li tabbuża mid-droga l-ewwel għandha titressaq għal għajnuna u għas-sapport minflok għal kastig. Għaldaqsant irridu nitkellmu fuq id-dekriminaliazzjoni tal-persuna li jabbuża mid-droga.


Issa, il-Gvern Laburista jrid jagħmel pass ieħor. Bħala ġenitur, edukatur u anke bħala politiku ġdid ma nistax naqbel.


Kull tip ta’ droga hija ħażina u għandha tibqa’ illegali. Id-droga hija kollha droga! Kull droga twassal lil persuna fir-irdum tal-ħajja. Is-soċjetà għażlet li l-abbuż tad-droga jkun illegali għaliex dan l-abbuż jagħmel ħsara lill-persuna u lis-soċjetà kollha.


Għaldaqstant il-messaġġ għandu jibqa’ wieħed ċar: l-abbuż ta’ kull droga, inkluz dak tal-kannabis, huwa ta’ ħsara u għandu jibqa’ att illegali.


Jekk il-messaġġ ma jibqax wieħed ċar allura nistgħu nkunu qegħdin inwasslu messaġġ perikoluż: li wieħed jista’ jieħu ddroga, inkluz il-kannabis, u ma jkun qiegħed jagħmel xejn ħazin u ta’ ħsara.


Għalkemm mhux kull abbuż tad-droga jħalli l-istess effetti u konsegwenzi fuq il-persuna u s-soċjet., tajjeb li wieħed jifhem li dawk id-drogi hekk msejħa ‘soft drugs’ jistgħu jkunu meqjusa bħala gate way drugs li jwasslu għal drogi aktar qawwija, nuqqas ta’ saħħa mentali u stil ta’ ħajja negattiva għall-persuna u għas-soċjetà kollha. Diversi operaturi li ilhom jaħdmu fil-qasam soċjali jsostnu li hemmx abbuż ta’ drogi msejħa ‘soft’ u ‘hard’, imma hemm biss abbuż tad-drogi. Għalkemm mhux kull min pejjep il-ħaxixa spiċċa fil-vizzju tad-droga kbar bħala kokaina u eroina IMMA jidher ċar li dawk li għandhom il-vizzju tad-droga tal-kokaina/eroina lkoll bdew mill-ħaxixa! Dan mhux qiegħed ngħidu jiena, imma dawk stess li ġarrbu jew qegħdin iġarrbu din l-esperjenza!


Mhux dan biss. Nagħmel referenza għall-istudju xjentifiku tal-Kap tal-Psikjatrija f’Malta, Dr. Anton Grech. Dr. Grech wera biċċar li hemm rabta sħiħa u serja bejn użu tal-kannabis - anke dak soċjali – u l-mard mentali serju.


Diversi jsostnu li l-ikbar problema li pajjizna għandu mhix iddroga imma l-abbuż tal-alkaħol. Għalkemm naqbel li l-abbuż talalkoħol huwa l-akbar problema fil-pajjiż imma bħala ġenituri nistaqsi : “Meta diġ. fil-pajjiż għandha sustanza li hija ta’ ħsara (għalkemm legali għal min huwa ’il fuq minn 17-il sena), ikun għaqli li l-pajjiż jkollu problema oħra? Staqsi lil imġarrab, f’dan il-każ, il-ġenituri!


Il-fehma ta’ dawk li jgħidu li tajjeb li legalizzaw din is-sustanza biex b’hekk inkunu nistgħu nikkontrollaw is-suq, hi ’l bogħod mir-realtà. Min jaħdem f’dan il-qasam u min għadda minn din lesperjenza jaf sew li dejjem se jibqa’ is-suq iswed – anke jekk ikun hemm enforcement qawwi. Sfortunatament, dan naraw jiġri fil-qasam tal-alkoħol u anke tas-sigaretti. Għalkemm huwa suq regolizzat imma s-suq iswed huwa fostna u wieħed kbir u qawwi.


Bħala Sindku f’San Ġiljan nixtieq ukoll niġbet l-attenzjoni li filwaqt li diġà aħna għandha problema kbira taż-żgħażagħ fis-sakra, issa se jkollna wkoll żgħażagħ li huma mdamdim bil-ħaxixa fit-toroq tagħna? Dan se jfisser li se ikollna turisti tal-ħaxixa li jiġu apposta biex jindamdmu? Hija ironika li l-Kunsill u s- Sindku Famke Halsena ġewwa Amsterdam iridu ma jħallux aktar ikun hemm turiżmu għad-droga. Skont l-istess Sindku, it-turisiti għandhom jiġu għas-sbuħija tal-belt u mhux għad-droga!!


Il-messaġġ li qed jitwassal hija li l-kannabis mhix xi ħaġa kbira (no big deal) u għaldaqsant mhemmx għalfejn nagħmlu storja! Dan se jwassal biex tissaħħaħ il-mentalità. li l-kannabis mhix ta’ ħsara u żied il-kultura ta’ xejn mhu xejn u ‘jiena ħadd ma jindaħali’. Jekk ser nagħmlu dan, allura se nġibu l-ġebla fuq saqajna u fuq saqajna uliedna.


Hija aktar ironika għal Gvern li filwaqt li qiegħed jitkellem li jrid illegaliza d-droga (u qiegħed jagħmel dan biex jakwista ċertu voti), fl-istess waqt qiegħed joħroġ ammonti kbar ta’ flus mhux biss f’għajnunjiet lil dawk li jinsabu jfittxu l-għajnuna ġewwa s-Sedqa u l-Caritas imma wkoll qiegħed jibni dar terapewtika biex tilqa lil vittmi tad-droga!! X’ironija!


Nispera li min għandu jitkellem ma jibzax jagħmel dan. Nemmen li dħalna fil-politika mhux biex nidhru sbieħ imma biex l-abjad nibqgħu nsejjħulu abjad u l-iswed jibqa’ jissejjaħ iswed.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 31 ta' Jannar, 2021)

7 views

Comments


BACK
bottom of page