top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

Irridu l-għasses miftuħa

Irridu l-għasses miftuħa

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida? Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA...

09/10/24

Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Deheb u fidda

Għalkemm Simon Busuttil stqarr li ma għandu l-ebda 'deheb u fidda' li bihom jista' jistri l-voti, għandu ħaġa waħda: jista' joffri l-onestà u l-integrità politika tiegħu.



“Deheb u fidda ma għandix. Imma minn dak li għandi se nagħtik… qiegħed ngħidlek, aqbad friexek u qum.” Dan kien kliem Xmun Pietru fil-bidu tal-ħidma tiegħu bħala Appostlu tal-Mulej. U dak li kien magħtub, qam. Dak li kien bla saħħa, reġa’ ħa saħħtu.

Din hija l-ġrajja li ftakart fiha meta nhar it-Tlieta smajt lil Xmun ieħor, Simon Busuttil, jitkellem. Il-kliem ta’ Simon Busuttil kien kliem qawwi ta’ mexxej. Simon Busuttil kien ċar daqs il-kristall. Stqarr li ma jista’ joffri lil ħadd xi impjieg mal-Gvern. Lanqas ma jista’ jagħti xi post tal-housing, permess ta’ bini jew xi kuntratt ta’ xogħol. Imma għalkemm Simon Busuttil stqarr li ma għandu l-ebda ‘deheb u fidda’ li bihom jista’ jixtri l-voti, għandu ħaġa waħda x’jista’ joffri.


Simon Busuttil stqarr li jista’ joffri l-onestà u l-integrità politika tiegħu.

Fir-realtà nafu li l-ġewwieni ta’ dan il-pajjiż sejjer lura bħal granċ. Għalkemm l-ekonomija hija tajba, x’jiswa jekk nitilfu l-valuri u l-prinċipji li jsaħħuna u jagħmluna dak li aħna? Nemmen li aktar ma jgħaddi ż-żmien, il-Gvern Laburista aktar qiegħed jitlef mhux biss il-boxxla soċjali imma tilef il-ġewwieni tiegħu.

Wara tliet snin u nofs biss, il-Gvern Laburista se jibqa’ jissemma għall-iskandli li ħakmuh. Għalkemm bħalissa qegħdin nitkellmu fuq l-iskandlu tal-ħruġ tal-visas mediċi lil Libjani, l-akbar skandlu huwa dak tal-kontijiet sigrieti li Konrad Mizzi u l-Keith Schembri nqabdu li fetħu ftit jiem biss wara r-rebħa tal-elezzjoni!

Il-vot li kien hemm kontra Leo Brincat ma kienx vot kontra l-persuna ta’ Leo Brincat. Kulħadd jifhem li Leo, bħal Toni, kien il-ħaruf tas-sagrifiċċju. Dan il-vot kien kontra l-Gvern korrott ta’ Joseph Muscat. Dan kien il-messaġġ wara dan il-vot, ġej mhux biss mill-Partit Popolari imma anke mill-grupp Soċjalista!

Is-Soċjalisti u gruppi politiċi oħrajn huma preokkupati bil-livell ta’ korruzzjoni li ħakem lill-Gvern Laburista Malti. Għaldaqstant dak li huwa aċċettabbli għal Joseph Muscat mhuwiex aċċettabbli għas-Soċjalisti. L-istandards ta’ Joseph mhumiex l-istandards Ewropej li jitolbu li l-gvernijiet jitmexxew b’onestà u b’integrità sħiħa.

Simon Busuttil qiegħed iwiegħed li jekk il-poplu jerġa’ jagħti l-fiduċja lill-PN, huwa se jkun Prim Ministru li jmexxi gvern serju b’onest. u b’integrit. sħiħa. Jien nemmnu. Jien nafdah. Ħafna għandhom l-istess fehma tiegħi.

Simon Busuttil semma kif il-PN jixtieq jerġa’ ikun tarka għal dawk il-persuni li jinsabu fit-tarf tas-soċjetà u li għaddejjin minn mumenti diffiċli. Stqarr li huwa qiegħed fil-politika biex ikun vuċi għalihom. Stqarr li huwa jixtieq imexxi gvern li jagħti widen għall-aspirazzjonijiet u d-diffikultajiet tal-poplu kollu. Qal li l-gvern immexxi minnu se jkun gvern ta’ kulħadd u mhux tal-ftit, kif spiċċa jkun dan il-Gvern Laburista.

Din il-viżjoni għandha timla b’kuraġġ u determinazzjoni lil dawk iċ-ċittadini u politiċi onesti li jixtiequ li dan il-pajjiż ma jispiċċax jitmexxa minn klikka żgħira li l-uniku interess tagħha huwa li jsiru sinjuri l-membri fiha u sħabhom. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar joħroġ ċar li b’Simon Busuttil fit-tmexxija, il-pajjiż jista’ jerġa’ jiskopri l-onestà u l-integrità li tilef u joħroġ minn din il-kultura u xibka sħiħa ta’ korruzzjoni.

Ċert li l-Gvern Laburista se jipprova jixtri l-voti ‘bid-deheb u l-fidda’. Ċert li l-Gvern Laburista, ibda mill-Baġit li ġej, se jibda jroxx il-bżar. Ċert li l-Gvern Laburista se jerġa’ jilbes il-maskra tal-ħaruf.

Imma l-poplu tista’ tidħak bih darba… imma mhux darbtejn. Għaldaqstant, il-poplu jrid jagħmel għażla ta’ x’tip ta’ soċjetà jrid jgħix fiha hu u wliedu. Din hija għażla bejn l-onestà u l-ipokresija. Hija għażla bejn il-korruzzjoni u l-integrità.


Hija għażla bejn id-daħk fil-wiċċ u s-sinċerità. Hija għażla bejn il-bżar fl-għajnejn u s-sewwa. Hija għażla bejn il-kliem ħelu u l-fatti. Hija għażla bejn min jista’ ‘jagħti d-deheb u lfidda’ u min lest jagħti l-fibra mill-ġdid lill-pajjiż. Hija għażla bejn l-ingann u s-sewwa.

Nemmen li l-poplu dejjem għażel li s-sewwa jirbaħ żgur! Hekk ġara u hekk jerġa’ jiġri.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 28 ta' Settembru, 2016)

2 views

Comments


BACK
bottom of page