top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

Irridu l-għasses miftuħa

Irridu l-għasses miftuħa

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida? Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA...

09/10/24

Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Fi triqtu lejn Damasku

Fid-dawl li l-Partit Laburista spiċċa biex kompla jagħmel ħerba sħiħa fil-kwistjoni ambjentali, il-PN qiegħed ikun il-vuċi ewlenija.



Matul din il-ġimgħa ċċelebrajna l-konverżjoni ta’ San Pawl. Minn persuna tiġri wara l-Insara spiċċa jiġri mad-dinja magħrufa ta’ dak iż-żmien bħala l- Appostlu tal-Ġnus. Mill-kitba tal-Appostli nsibu li din il-bidla seħħet fit-triq lejn Damasku. Kien proprju f’din it-triq li Sawl sar Pawlu!


Għaliex qiegħed ngħid dan?

Donnu l-Partit Nazzjonalista wkoll għadu kemm għadda mit-triq ta’ Damasku! Jidher li anke l-PN ‘ikkonverta’! Dan grazzi għall-ħeġġa ta’ Simon Busuttil u t-tim kollu tiegħu.

Il-PN għadu kemm ħabbar dokument ieħor ta’ politika aġġornata. Dan huwa dwar l-ambjent bit-titlu ‘Għal kwalità ta’ ħajja aħjar’. Huwa dokument li mhux biss jagħmel unur lil dan il-Partit, li mill-Oppożizzjoni qiegħed ikun partit proattiv, imma li qed jiġbor wiċċ il-PN fi kwistjonijiet ambjentali!

Għalkemm il-PN ħadem qatigħ f’diversi oqsma u l-ambjent għamel ukoll passi ’l quddiem, kien hemm mumenti meta l-ambjent ma kienx mogħti l-importanza meħtieġa. Dan kien l-imgħoddi.

Fid-dawl li l-Partit Laburista spiċċa biex kompla jagħmel ħerba sħiħa fil-kwistjoni ambjentali, il-PN qiegħed ikun il-vuċi ewlenija. Fimkien ma’ għaqdiet ambjentali oħra, tkellem b’mod ċar fuq il-ħsara tal-bini fiż-Żonqor, dwar il-bini ta’ torrijiet fl-Imrieħel, Townsquare f’Tas-Sliema u dwar it-22 torri proposti fil-masterplan ta’ Paceville.

F’dan id-dokument, Simon Busuttil jistqarr li bħala mexxej se jaħdem biex il-ħarsien ambjentali jkun fil- Kostituzzjoni. Huwa qiegħed jorbot lill-PN li jwettaq pjan sħiħ mifrux fuq diversi snin. Din hija roadmap ambjentali ċara. Id-dokument kien mibni fuq feedback li ngħata minn dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-ambjent, dan id-dokument fih ’il fuq minn 170 proposta.

Dan id-dokument mhux biss jagħti ħarsa lejn l-ambjent fis-sens dejjaq tal-kelma, jiġifieri fuq il-bini (kif ħafna drabi nifhmu), imma jitkellem fuq l-ambjent b’mod sħiħ fosthom il-politika dwar il-problema talħsejjes, il-kwalità tal-arja, l-iżvilupp urban, l-importanza tal-ħarsien tal-art li tinsab barra miz-zona taliżvilupp (ODZ), il-bijodiversità tal-ambjent, fuq l-ilma u l-iskart.

Ħadt gost naqra fuq il-ħtieġa li nħarsu dak li bl-Ingliż jissejjaħ skyline tagħna. L-iskyline huwa dwar il-bini għoli. Huwa ġust li biex wieħed jibni fl-għoli u jagħmel il-qligħ jispiċċa biex iħassar il-vista tal-lokalità? Huwa ġust li biex wieħed jispiċċa jitfa’ lill-oħrajn jgħixu fiddell jew fid-dlam li jġib miegħu l-bini għoli? Dan il-punt huwa importanti għax bħalissa hawn ġenn kbir biex wieħed jibni t-torrijiet! Dan se jħalli impatt fuq l-iskyline għax dawn it-torrijiet se jkunu jidhru minn kullimkien u mhux se jaqblu mal-kumplament tal-madwar.

Sentenza li tinsab f’dan id-dokument, li hija miktuba minn Simon Busuttil, hija li l-‘ambjent huwa r-riflessjoni tal-valuri tagħna’. Din hija espressjoni li mhux biss turi kemm Simon Busuttil jemmen bis-sħiħ fil-ħarsien tal-ambjent, imma turi verità. Jekk nemmnu filvalur tal-arja tajba, allura rridu nemmnu fl-ambjent. Jekk nemmnu fil-valur tal-kwalità tal-ħajja, allura ejjew inħarsu l-ambjent fis-sens wiesa’.

Nistieden lil min verament iħobb il-politika serja u aktar mit-teatrini biex jagħmel ħiltu u jaqra dan id-dokument. Wieħed jista’ jibgħat email fuq idea-ambjent@pn.org.mt.

Min jitgħallem mill-iżbalji tiegħu juri li huwa persuna matura u mhux persuna dgħajfa. Meta San Pawl biddel fehmtu fi triqtu lejn Damasku kienu diversi dawk, fosthom San Pietru, li ddubitaw minnu! Imma lkoll nafu li d-dubji tagħhom spiċċaw meta huma f'dawh u tawh ċans juri d-determinazzjoni sinċiera tiegħu.

Jalla l-poplu jafda u jagħti ċans lid-determinazzjoni ta’ Simon Busuttil li jbiddel il-mod kif nagħmlu l-politika. Jekk jiġri dan, allura verament l-ambjent jista’ ikun ‘tagħna lkoll’!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 29 ta' Jannar, 2017)

3 views

Comments


BACK
bottom of page