top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Il-ħajja qed togħla b'rata aktar mgħaġġla mill-kumplament tal-Ewropa

L-ewwel stqarrija tieghi bhala Kelliem għal Livell ta’ Għajxien Aħjar b’Impenn Kontra l-Għoli tal-Ħajja.


Credit: Shutterstock.com

Il-Gvern għandu r-responsabbiltà jara kif il-konsumaturi u n-nies fin-negozju jistgħu jkunu mgħejjunin verament biex ikampaw maż-żidiet fil-prezzijiet.


Skont l-aħħar stħarriġ maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatiska (NSO), f’Diċembru li għadda, ir-rata li biha qed togħla l-ħajja kompliet tiżdied b’7.3%. Dan għall-kuntrarju ta’ pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea, fejn ir-rata li biha qed togħla l-ħajja naqset.


Din iż-żieda fl-għoli tal-ħajja f’pajjiżna, primarjament fuq l-affarijiet bażiċi, tkompli żżid il-piż fuq il-poplu kollu, b’mod partikolari dawk vulnerabbli u bi dħul medju. U dan se jkompli jnaqqas il-livell tal-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin.


Il-Partit Nazzjonalista jesprimi t-tħassib tiegħu kif l-uniċi persuni li mhux qed iħossu dawn iż-żiedet huma dawk tal-qalba, li bl-għajnuna tal-Ministri qed jitħanżru u jiffangaw bl-eluf ta’ ewro f’konsulenzi fażulli, direct orders u salarji li saħansitra jammontaw għal aktar minn dik li għandu l-Prim Ministru stess.


Għal dawn biss bħalissa hu l-aqwa żmien!


Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Gvern biex, b’responsabbiltà, jara kif il-konsumaturi u n-nies fin-negozju jistgħu jkunu mgħejjunin verament biex ikampaw ma’ dawn iż-żidiet fil-prezzijiet.


(20 ta' Jannar, 2023 - Facebook »)

19 views

Kommentare


BACK
bottom of page