top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Il-liġi f’San Ġiljan hija optional?

Xi wħud jippretendu li l-liġi hija għal oħrajn u mhux għalihom.



Għalkemm skont il-mizuri mħabbra mill-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, attività tal-massa ma jistgħux isiru, xorta waħda f’San Ġiljan u f’Paceville qed ikun hawn ‘street parties’. Xi wħud jgħidu li dawn huma ‘spontanji’ imma lkoll nafu li fil-ħajja u f’Malta xejn mhu spontanju. Dawn huma organizzati minn ċertu ħwienet u sidien li jitfgħu l-ġebla u jaħbu jdejhom!


Matul din il-ġimgħa, erġajna kellna street party ieħor. F’dan il-każ, kellna mhux biss folla ta’ żgħażagħ u oħrajn fuq xulxin u f’massa bil-mużika ddoqq, imma wkoll xi wħud qalgħu arblu li fuqu kien hemm tabella biex wieħed iżomm il-kwiet u jiftakar li hemm residenti wkoll jgħixu hemm, u spiċċa għamlu burdell biha! Diversi dehru mhux biss jiżżufjettaw biha f’idhom imma anke spiċċaw biex ivvandalizzawha!


Bħala Sindku u bħala ċittadin attiv mhux biss nikkundanna dan l-aġir, imma spiċċajt nikteb lill-Kummissarju tal-Pulizija Anġelo Gafà u lill-Ministru Camilleri responsabbli mis-Sigurtà Nazzjonali.


Għalija u għal diversi residenti, dawn l-istreet parties li jibqgħu sal-5 ta’ filgħodu mhuwiex aċċettabbli u huma insult lir-residenti tagħna u anke jmorru kontra l-valuri taż-żamma tal-ordni. Biż-żufjett ta’ dan is-sinjal kien ifisser żufjett fuq id-direttivi tas-saħħa pubblika u fuq il-bon ordni.


Għaldaqstant kemm lill-Kummissarju u kemm lill-Ministru staqsejthom jekk il-liġi f’Paceville u f’San Ġiljan hiex waħda optional, jiġifieri wieħed jista’ jagħżel li jsegwiha jew le?


Nixtieq li nkun naf għaliex jekk mhix optional, allura nista’ u nippretendi li l-Pulizija tagħmel xogħolha u tinforza l-liġi għal kulħadd. Jekk minn naħa oħra hija ‘optional’, allura anke r-residenti tagħna għandhom jagħżlu fejn u meta jixtiequ jsegwu l-liġi!!


Kontra qalbi nistqarr li f’Paċeville/San Ġiljan, il-liġi hija optional għal ċertu persuni fejn dawn iħossuhom li jistgħu jagħmlu li jridu – untouchables! Xi wħud jippretendu li l-liġi hija għal oħrajn u mhux għalihom. Hemm liġi tal-allat u hemm liġi għal oħrajn. Dawn it-talin jispiċċaw jagħmlu li jridu u jġibu rwieħhom kif iridu. Donnhom jafu li ħadd mhu ser ikellimhom!


Fil-kitba tiegħi lill-Kummissarju u lill-Ministru għamilt numru ta’ mistoqsijiet, fosthom:

  • Fejn kienet il-Pulizija quddiem din il-folla? Kien maħruġ permess għal dan l-istreet party? Jekk ma kienx hemm permess allura għaliex ma twaqqfux kif twaqqfu attivitajiet oħra?

  • Din il-folla nżammet kontra d-direttivi tas-Saħħa Pubblika? Għaliex ħadd ma kien bil-maskra kif obbligat mill-istess direttiva? Hija inġusta li membri fil-komunitaà tagħna, b’mod partikolari anzjani, kienu mħarrka filwaqt li dawn setgħu jagħmlu li jridu?

  • Dan l-inċident jagħmel għajb l-isforzi kollha ta’ kulħadd biex ikollna turiżmu ta’ kwalità. Dawn huma t-turisti li nixtiequ fejn iż-żamma tal-ordni ma kenitx osservata? Din l-imġiba hija riklam tajjeb għal dawk it-turisti serji?

  • Quddiem dan iż-żufjett tal-liġi, kif iħossu l-Kummissarju b’responsabbiltà li liġi tkun imħarsa u mwaqqa’ għaż-żufjett?

  • Min ser jagħmel tajjeb għall-ħsara tal-propjetà pubblika? Il-Kunsill ma jistax jibqa’ joħroġ u jħallas għall-vandaliżmu ta’ ħaddieħor.

  • F’San Ġiljan hawn bye law li ma tħallix konsum ta’ alkoħol fil-fliexken. Din qiegħda tkun infurzata?

Fl-aħħarnett, f’isem ir-residenti nħossu li din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa’ għaddejja qisu mhu xejn! Ir-residenti tagħna għandhom DRITT li jgawdu l-ħajja u l-propjetà tagħhom fil-kwiet bħal kulħadd. Diġà aħna qegħdin inbatu minħabba diversi fatturi, fosthom il-kostruzzjoni bla rażan, it-trab, traffiku, krejnijiet, platforms tal-inwejjed u siġġjiet!


Ir-residenti ta’ San Ġiljan/Paceville huma RESIDENTI U ĊITTADINI daqs kulħadd!


Allura għaliex ma nistgħux ingawdu dan id-dritt u li l-Korp tal-Pulizija suppost bil-liġi għandu jħares? Kieku dan l-istreet party inżamm quddiem id-dar tal-Ministru jew tal-Kummissarju, x’kienu jagħmlu? Għaliex l-istorbju, l-għajat, l-imġiba oxxena hija ttollerata anke sa sbieħ filgħodu?Għaliex ir-residenti dejjem iridu jbatu u ċertu negozjanti dejjem jieħdu dak li jridu?


Bħala Sindku ta’ din il-lokalità u bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali, huwa fid-dmir li nkun il-vuċi ta’ diversi li issa xebgħu b’dan in-nuqqas ta’ infurzar tal-liġjiet.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 8 ta' Awwissu, 2021)

525 views

Comments


BACK
bottom of page