top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

Irridu l-għasses miftuħa

Irridu l-għasses miftuħa

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida? Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA...

09/10/24

Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Il-miżien tal-ħajja

Hija t-tama li l-2018 tkun sena li matulha mhux biss naqdu d-dmirijit u r-responsabbilitaijiet varji tagħna, imma nagħrfu ndawru d-diffikultaijiet, li kellna fl-2017, fl-opportunitajiet li jsarrfu f'Malta aħjar.



Ninsabu fl-aħħar jum tas-sena 2017. Iż-żmien igerbeb. Huwa fl-interess ta’ kull persuna li tara kif qiegħda tqatta’ dan iż-żmien. Persuna li ma tħarisx lura u ma tgħarbilx sew kif għexet, tispiċċa, ħafna drabi, biex tirrepetti l-istess żbalji li tkun bkiet fuqhom. Minbarra li hemm il-miżien li bih inkejlu u niżnu l-piż tal-oġġetti, hemm ukoll il-miżien tal-ħajja.

Il-miżien tal-ħajja jurina l-bilanċ ta’ dak li nkunu wettaqna waqt li jikxef ukoll l-iżbilanċ ta’ dak li ma wettaqniex.

Għaldaqsant tajjeb li nistaqsu jekk l-2017 kinitx sena li fiha konniex forza għat-tajjeb jew agenti għall-ħażin? Konna piż għal ħaddieħor jew inkella forċina għall-oħrajn?

Fuq livell personali

Għalija personalment, din is-sena kellha ftit minn kollox. Sigurament, l-akbar ħaġa li kienet ta’ diżappunt għalija, kienet, mhux daqstant li ma kontx elett fl-aħħar elezzjoni ġenerali jew inkella għaliex il-PN tilef l-elezzjoni, imma li nara lil ċerti ‘poltiċi’ u dawk ta’ madwarhom jitbiegħdu mill-prinċinpji fundamentali. Min-naħa l-oħra, l-akbar sodisfazzjoni kienet il-familja tiegħi, id-dar tal-ġenituri tiegħi li erġajt dħalt ngħix fiha, il-programm soċjali ta’ kull ġimgħa, Waħdek m’intiex fuq Fliving Channel, u l-ħidma tiegħi fil- Kunsill ta’ San Ġiljan bħala Viċi Sindku. Dawn poġġew ilmiżien tal-ħajja fuq in-naħa li għamlu din is-sena interessanti, sabiħa u tajba.

Fuq livell nazzjonali

Żgur li din is-sena kienet sena diffiċli ħafna għal pajjiżna. Dan qiegħed ngħidu mhux għaliex tlifna l-elezzjoni. L-elezzjoni kienet pass ieħor fil-mixja demokratika.

Min-naħa l-oħra, għalkemm pajjżna kompla miexi ekonomikament 'il quddiem, fl-istess nifs, kompla mar lura bħal qranċ fil-qasam etiku u ċivili. Matul is-sena 2017, inħoss li kompliet tikber fostna l-mentalit. ta’ xejn mhu xejn, li kulħadd jista’ jagħmel li jrid u jgħid li jrid, u li ħadd ma jista’ għal ħadd. Matul 2017 żdiedet il-kilba u l-eġoiżmu sfrenat ta’ ċerti żviluppaturi u negozjanti li ssoktaw jirvinaw l-ambjent għall-gwadann tagħhom.

Rajna wkoll lil pajjiżna jkompli jaqa’ lura fil-governanza tajba. Għalkemm nistqarr li l-Gvern Laburista wettaq miżuri tajbin u ta’ benefiċċju, ħammrilna wiċċna fil-komunità Ewropea. Matul din is-sena, komplejna naraw sensiela ta’ korruzzjoni, abbuż ta’ poter u nepotiżmu sfrenat. Matul din is-sena, komplejna naraw li donnu kull dipartiment jew entità tal-Gvern tispiċċa każin Laburista!

Żgur, mhux forsi, li l-akbar ġrajja li, tappnet lil pajjiżna kienet il-qtil brutali ta’ Daphne Carunana Galizia. Għalkemm wieħed jista’ ma jaqbilx ma’ kull ħaġa li kienet tikteb, grazzi għall-kitba tagħha, ċerti stejjer serji ta’ korruzzjoni saru magħrufa. Żgur ukoll li ħadd m’għandu jispiċċa ħajtu b’dan il-mod brutali. Minn din l-istorja rajna wkoll lis-Soċjetà Ċivili tqum u ssemma’ leħinha, u tistqarr li dan mhux aċċettabbli! Issa, it-tama hija li l-poplu jkun jaf min qabbadhom biex jagħmlu dan! Malta onesta ma tridx nofs ġustizzja imma ġustizzja sħiħa!

Fuq livell ta’ Partit

L-2017 kienet sena diffiċli għall-PN. Mhux biss il-Partit tilef l-elezzjoni għat-tieni darba (u fiċ-ċirku demokratiku din hija xi ħaġa normali li wieħed jista’ jistennieha) imma lelezzjonijiet interni tagħna fetħu feriti li wieħed ikun żbaljat jekk jipprova jinjorahom. Għalkemm il-kritika ġenwina u ddifferenzi fl-ideat m’għandhomx ikunu meqjusa bħala att ta’ tradiment, huma sinjal ta’ maturit. politika għax, fl-istess waqt, rajna Nazzjonalisti kontra Nazzjonalisti oħrajn. Tajjeb li nifakru, li dar maqsuma ma żżommx wieqfa fit-tul! Jalla matul l-2018 ikun hemm persuni kuraġġużi biżżejjed biex jitħallew jaħdmu ħalli jinbnew il-pontijiet meħtieġa! Malta demokratika għandha bżonn Opożizzjoni b’saħħitha u kredibbli!

Hija t-tama li l-2018 tkun sena li matulha lkoll kemm aħna mhux biss naqdu d-dmijiriet u r-responsabbiltajiet varji tagħna, imma wkoll li nagħrfu ndawru d-diffikultajiet, li kellna fl-2017, fl-opportunitajiet li jsarrfu f’Malta aħjar. Biex iseħħ dan, il-miżien tal-ħajja jrid ixaqleb lejn in-naħa t-tajba!

Nawgura s-Sena t-Tajba lil kulħadd!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 31 ta' Diċembru, 2017)

0 views

Comments


BACK
bottom of page