top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Il-PA hija fuq il-Qorti?

Din id-deċiżjoni skandaluża mhux biss tmur kontra l-liġijiet ambjentali u l-policies tal-istess Awtorità IMMA hija deċiżjoni li tmur kontra s-saltna ta’ dritt – rule of law – f’pajjiżna! Għaliex forsi wieħed jistaqsi?


Planning Authority

F’Marzu li għadda, il-Qorti permezz tal-Prim Imħallef, iddeċidiet li l-permessi għal penthouses u pixxina f’Ta’ Sannat, li huma parti minn żvilupp proġettat mill-iżviluppatur Joseph Portelli, huma mhux biss illegali imma, fi kliem il-Prim Imħallef, anke ‘assurdi’!


Is-sentenza kienet waħda ċara. Il-penthouses u anke l-pixxina kellhom jitwaqqgħu u jitneħħew!


Imma oħroġ il-għaġeb, forsi għaliex xi wħud ingħataw l-arja li jistgħu jaħsbu li l-liġijiet ta’ pajjiżna jgħoddu għalina biss u mhux għalihom, saret applikazzjoni ġdida, PA 3869/24, minn ċertu Indjan Tarlochan Singh li ddikjara li mhuwiex is-sid, biex dawn il-penthouses illegali jkunu sanzjonati! Fi kliem ieħor, kien hemm talba biex strutturi li ġew iddikjarati mill-Qorti li huma illegali, ikunu approvati! Trid vera ma jibqgħalekx żejt f’wiċċek!


U oħroġ aktar il-għaġeb li l-Awtorità tal-Ippjanar spiċċat approvat din it-talba! U biex l-Awtorità tidher li hija serja u li ħadd ma jgħaddiha biż-żmien (sic!) tat multa ta’ €150 lill-iżviluppaturi!! Nidħak jew nibki?


B’din id-deċiżjoni, ikompli toħroġ ċar li din l-Awtorità hija waħda mil-kawżiet tal-ħsara ambjentali f’Malta! Din id-deċiżjoni turi li din l-Awtorità mhix Awtorità kif kienet maħsuba biex tkun imma spiċċat pupazz ta’ numru ta’ żviluppaturi! B’din id-deċiżjoni nkompli nikkonviċi ruħi li jekk irridu nħarsu l-ambjent tagħna, hemm bżonn ta’ riformi kbar f’din l- Awtorità.


Imma lil hinn mill-fatt li din l-Awtorità qiegħda tkompli tħeġġeġ u tippromwovi l-mentalità ta’ ‘build first, sanction later’, jiġifieri il-mentalità ta’ ħarbat u gerfex b’mod illegali l-ewwel u mbagħad ejja nirranġawlek’, din id-deċizjoni hija waħda perikoluża u se toħloq preċedenti oħra kbar!


Din id-deċiżjoni skandaluża mhux biss tmur kontra l-liġijiet ambjentali u l-policies tal-istess Awtorità IMMA hija deċiżjoni li tmur kontra s-saltna ta’ dritt – rule of law – f’pajjiżna!


Għaliex forsi wieħed jistaqsi?


Din id-deċiżjoni tfisser li din l-Awtorità hija ‘l fuq mill-Qorti! Fis-saltna tad-dritt, l-aħħar kelma hija dejjem tal-Qorti. B’din id-deċiżjoni, l-aħħar kelma hija ta’ din l-Awtorità! Il-Qorti tista’ tgħid li trid imma l-aħħar kelma hija tal-awtorità!


Dan se jfisser li mil-lum ‘il quddiem, kull entità tal-Gvern (għaliex fuq kollox il-PA hija entità tal-Gvern) se jkollha l-aħħar kelma fuq il-Qorti? Jekk ‘il quddiem, il-Qorti tagħti sentenza tagħha, se jkun hemm xi entità tal-Gvern li tkun involuta u din taqa’ u tqum mis-sentenza tal-Qorti u tiddeċiedi mod ieħor!


B’din id-deċiżjoni se jkun qed ifisser li xi ħadd, f’dan il-każ l-iżviluppatur Joseph Portelli, huwa ‘l fuq mil-liġi? Kif stqarret l-FAA: “Dan l-aħħar ksur tad-deċiżjoni tal-Qorti maħruġa mill-Prim Imħallef japprova l-perċezzjoni li qed ngħixu f’pajjiż fejn Joseph Portelli u sħabu l-iżviluppaturi għandhom poter aħħari fuq il-liġijiet u l-Qorti, bħal stat tal-Mafja”.


Imbagħad xi wħud jieħdu għalihom meta ngħidilhom li huma ‘fat cats’ – jiġifieri nies imġewħa bil-ġuħ li ma għandhomx xebgħa ta’ xejn u li jħossuhom ‘il fuq minn kulħadd!

Jekk dan huwa l-każ, allura nistgħu nagħlqu l-Qorti! X’se jagħmel il-Ministru tal-Ġustizzja quddiem dan? Il-Prim Imħallef ma jistax jikkummenta għaliex marbut li jibqa’ fis-silenzju. Hija r-responsabbiltà tal-ħalfa li ħa bħala Ministru tal-Ġustizzja li jara li s-saltna tad-dritt u s-sentenzi tal-Qorti jkunu l-aħħar kelma! Is-silenzju tiegħu jfisser biss kompliċità.

Din is-sentenza tkompli tikxef kemm il-Gvern Laburista spiċċa juża lil Malta/Għawdex biex jibqa’ jgawdi l-ħbiberiji u s-sapport ta’ ċertu persuni.


Din il-kwistjoni mhix l-unika waħda! Matul dawn il-11-il sena hemm lista ta’ persuni li kontinwament jitħanżru u jiffangaw askapitu tal-ġid komuni. Minflok sabu lill-Gvern li jeqfilhom u jrażżanhom, spiċċa biex jidħol fis-sodda magħhom! Ħokkli dahri, u nħokk tiegħek!


Għaldaqstant, huwa fl-interess tal-ġid komuni, li l-politiċi ta’ naħa u oħra, iżommu ‘l bogħod minn dawk li l-għan aħħar tagħhom mhux il-ġid komuni imma l-but tagħhom!


Diversi ċittadini, fosthom dawk il-100,000 li ma ħarġux jivvutaw dan l-aħħar, li huma mxebbgħa minn din l-arroganza, regħba fuq naħa u nuqqas ta’ tmexxija fuq naħa oħra!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq newsbook.com.mt – 20 t' Awwissu, 2024)

26 views

Comments


BACK
bottom of page