top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Infrastruttura 1 star

Jekk verament il-Gvern irid iġib fostna turisti ta’ kwalità kif iħobb jgġid, allura jrid jinvesti ferm aktar fl-infrastruttura.


Credit: Shutterstock.com

San Ġiljan u Tas-Sliema huma żewġ lokalitajiet marbutin sew mat-turiżmu. Mhux biss huma l-mekka tad-divertiment, imma anke għall-fatt li ġewwa dawn il-lokalitajiet jinsabu diversi lukandi u akkomodazzjonijiet oħra għat-turist.


It-turist meta jiġi jżurna mhux biss imur iżur għal ftit sigħat ċertu lokalitajiet bħall-Imdina, imma jgħix f’dawn il-lokalitajiet. Hemm differenza fuq l-impatt li jħalli fuq l-infrastruttura pubblika turist li jżur lokalità u hemm impatt li jħalli turist li jkun qiegħed jgħix matul il-mawra tiegħu/tagħha. Dan ifisser li l-infrastruttura f’San Ġiljan u Tas-Sliema jrid ikollha aktar investiment.


Investiment privat u dak pubbliku


Għalkemm fil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema, is-settur privat għamel diversi investimenti u hemm diversi proġetti ta’ kwalità bħalma huma numru ta’ lukandi sbieħ, imma wasalna għal SATURATION POINT. Nistgħu nkomplu nibnu u nibnu aktar meta l-istudju jindika li għandha oversupply ta’ lukandi? Il-lokalità tiflaħ aktar żvilluppi enormi kif hemm propost?


Għal darba oħra nwassal li hemm bżonn urġenti li jkollna master plan mhux kif kellna, li kienet bħal donnu shopping list. Il-master plan li qed nirrerferi għalih huwa dak li jiġbor lill-istakeholders kollha u naraw kif din il-lokalità, li hija meqjusa bħala l-GOLDEN GOOSE, ma tispiċċax bħal donnha FAVELA, jiġifieri depressed area.


It-turisti ta’ kwalità jridu ambjent ta’ kwalità.


Għalkemm il-privat jinvesti bil-kbir, sfortutnament il-Gvern mhuwiex qed jinvesti fl-infrastruttura pubblika. Filwaqt li għandha lukandi 5 star, għandha infrastruttura pubblika 1 star. Għandha bankini 1 star, għandha toroq 1 star u soft areas 1 star! Issa, għaliex ma sarx investiment mill-Gvern fuq l-infrastruttura ta’ dranaġġ. Qed ikun hemm żbroffi ta’ dranaġġ fil-baħar tal-madwar! Sfortunatament il-Gvern abbanduna dawn il-lokalitajiet.


F’diversi mistoqsijiet parlamentari li għamilt, staqsejt l-ammont ta’ investimenti li sar matul l-2022 f’dawn il-lokalitajiet. Fit-tweġiba tiegħu l-Ministru qali li filwaqt li f’lokalitajiet oħra bħal Mellieħa/San Paul intnefqu madwar nofs miljun ewro f’upgrading u refurbishmnets, f’San Ġiljan intnefqu biss €20,000 u f’Tas-Sliema intnefqu €10,000!


Filwaqt li ma għandi l-ebda diffikultà li jintnefqu flus f’lokalitajiet oħra, imma ma nistgħux inżarmaw knisja biex naramaw oħra!


Il-wiċċ vili huwa li għal dan in-nuqqas ta’ investiment jeħel il-Kunsill Lokali, li ma jistax jagħmel proġetti ta’ tisbiħ, imma huwa kontinwament firefighting mal-vandaliżmu fil-lokalità u mal-ħsarat li ċertu cowboys fil-kostruzzjoni jagħmlu lil infrastruttura pubblika!


Eco tax li jħallas it-turist


Fil-proposta tiegħu l-Partit Nazzjonalista tenna li mill-ECO Tax – jiġifieri mit-taxxa ta’ 50ċ li jħallas it-turist għal kull lejl – perċentaġġ minnha tmur għand il-Kunsill biex dan ikun marbut li jinvestihom fl-upgrading u tisbiħ!


Din hija win win situation mhux biss għal Kunsill, imma anke għall-MHRA li naf li jilmentaw bin-nuqqas ta’ investiment fl-infrastruttura pubblika!


Nagħmel referenza għal PQ 7841 fejn tlabt lill-Ministru jgħid din l-eco tax – li hija madwar €7 miljuni – fejn qegħdin imorru dawn il-fondi.


Niskopri li dawn il-fondi qegħdin imorru BISS fid-distrett ta’ min ikun Ministru tal-Turiżmu! L-ewwel marru fid-distrett ta’ fejn kien joħorġ Konrad Mizzi, u mbagħad ta’ fejn toħroġ Julia Farrugia, u ISSA ġewwa d-Distrett tal-Ministru Bartolo!


Min-naħa l-oħra, dawn f’San Ġiljan/Paceville – li hemm l-aktar numru ta’ lukandi – ġiet mogħtija biss lgħaqa tarmac fi Triq Paceville biex donnu jagħlqilna ħalqna!


Filwaqt li nerġa’ ninsisti li m’għandi l-ebda diffikultà, imma l-Ministru ma jistax juża fondi pubbliċi u enitajiet pubbliċi biex jieħu ħsieb id-distrett tiegħu.


Inħeġġeġ ukoll lill-MHRA biex fid-dawl li hija wkoll għandha rapprezentanza fuq dan il-bord tal-fondi, jaraw li jintnefqu propju biex ikomplu jsebħu l-madwar ta’ diversi lukandi li hawn f’din il-lokalità.


Ejjew ma narawx sal-ponta mniħirna u ma nkomplux inġibu l-ġebla fuq saqajna, aktar u aktar meta hemm kompetizzjoni kbira biex jinġiebu t-turisti. Ma jistax ikollna biss turist li jiġi fostna darba biss u jaħlef li ma jerġax jiġi għaliex spiċċa f’sit ta’ kostruzzjoni jew f’ambjent mitluq!


Ma jistax ikollna infrastruttura 1 star jekk iridu nġibu turisti ta’ kwalità. Jekk verament il-Gvern irid iġib fostna turisti ta’ kwalità kif iħobb jgħid, allura jrid jinvesti ferm aktar fl-infrastruttura pubblika f’dawn il-lokalitajiet.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 11 ta' Ġunju, 2023)

17 views

ความคิดเห็น


BACK
bottom of page