top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Ivan kellu raġun

Ivan kellu raġun jistqarr li dan ser iwassal biex is-sidien idaħħlu l-inkwilini fil-Qorti! Il-Gvern ser iġib ġebla fuq saqajh huwa stess.



Matul din il-gimgħa, l-Onorevoli Ivan Bartolo, Kelliem għall-Akkomodazzjoni Soċjali, bħala tweġiba għall-iskema mħabbra mill-Gvern dwar il-kirjiet fil-privat qabel 1995 stqarr li din l-iskema hija ‘too little, too late’. Ivan kellu raġun!


Għal benefiċċju ta’ min forsi ma jafx, din hija kwistjoni taħraq li ilha ġejja mill-kirjiet fil-privat mis-snin ħamsin ’il quddiem. Matul dawk iż-żminjiet ta’ wara l-gwerra, il-Gvern ta’ dak iż-żmien kien ħareġ liġi li min jidħol f’kirja, is-sid ma jistax ma jerġax iġedded il-kirja bl-istess ammont. Dan sar minħabba l-effetti soċjali u ekonomiċi kbar li ħalliet il-gwerra. Imbagħad, matul is-snin sebgħin, il-Gvern Soċjalista mhux biss kompla miexi ma’ din il-liġi imma uża kemm felaħ għalliinteressi politiċi tiegħu, bħalma uża kemm felaħ il-liġi tar-requisition orders. B’hekk eluf ta’ proprjetajiet privati ġew maħtufa mill-Gvern Soċjalista.


Il-Gvern Nazzjonalista beda proċess li jneħħi dawn ir-requistion orders u fl-1995 daħħal liġi li dawk il-kirjiet ta’ wara 1995 ma jistgħux jibqgħu bl-istess reġim ta’ qabel. Konxju li diversi li kienu f’kirjiet ta’ qabel l-1995 hemm persuni vulnerabbli, il-Gvern Nazzjonalista daħħal li l-kirja minima tkun ta’ €185 fis-sena (ċertu kirjiet kienu biss €23 fissena!) u li din tiżdied skont l-għoli tal-ħajja.


Dan kien l-ewwel pass f’direzzjoni tajba. Żgur li ma kinitx soluzzjoni mija fil-mija, fid-dawl li xorta s-sidien kienu qegħdin jibqgħu mhux sidien tal-proprjet. tagħhom u dħul tagħhom kien/huwa wieħed baxx meta wieħed iqabbel is-suq tal-kera. Barra minn hekk hemm il-prinċipju qawwi li lproprjet. hija privata u għaldaqstant is-sid għandu dritt jużaha kif irid u meta jrid.


L-aspett u l-obbligu soċjali mhuwiex daqstant responsabblita’ tas-sid imma tal-Gvern tal-ġurnata. Tajjeb li ngħid li l-istrateġija tal-Partit Laburista hija li tnessi s-suċċessi tal-gvernijiet nazzjonalisti u tfakkar biss l-iżbalji umani u politiċi tagħna. Għalhekk ikun tajjeb li wieħed jaf li matul gvernijiet nazzjonalista nħarġu diversi skemi ta’ home ownership, shared ownership, bejgħ ta’ art u appartamenti b’rati baxxi, tneħħija ta’ requestion orders, bini ta’ housing estates, skemi ta’ sussidji tal-kera mill-privat, skemi lil persuni vulnerabbli, skemi ta’ sussidju fuq loans għal first time buyers, skema Kiri (li tant il-Labour kien ikkrittika biex meta tela’ fil-Gvern mhux biss sabha komda li kellu 800 apartment vojt x’joffri imma reġa’ ħareġ edizzjoni oħra!) u miżuri oħra.


Dan juri li x-xemx ma telgħetx mal-gvern laburista!


Too late


Il-Gvern Laburista ilu issa madwar tmien snin fit-tmexxija. Sfortunatament matul l-ewwel leġiżlatura tiegħu, wettaq baħħ fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali. Issa l-Gvern stembaħ u skopra li għandu problema kbira, aktar u aktar meta l-Qrati Maltin u dawk Ewropej qegħdin joħorġu sentenzi kontra linkwilini! Niġbet l-attenzjoni li fl-2013, fl-aħħar xhur li kont Kap Ezekuttiv tal-Awtorit. tad-Djar, kont ippreżentajt postion paper lill-Ministru ta’ dak iż-żmien fuq din il-problema. U mill-2013 sal-lum il-Gvern m’għamel xejn!


X’kienu l-proposti mressqa dak iż-żmien?


  1. Is-sidien għandhom dritt li jkollhom dħul li jirrifletti ssuq. Għalhekk il-proprjeta’ tiġi stmaa bil-kera kummerċjali tal-ġurnata – ġeneralment wara li tkun stmaa l-proprjetà, irrata tal-kera tkun abbażi ta’ 7 jew 10 fil-mija ta’ kemm din il-proprjetà tiswa.

  2. Jittieħed l-ammont tal-income tal-household kollu ta’ min joqgħod f’dik il-proprjetà biex b’hekk jittieħed l-ammont li l-kerrej jista’ verament iħallas. Dan isir permezz ta’ means testing. Huwa importanti li jkun hemm dan il-means testing għaliex mhux l-ewwel darba huwa l-kaz fejn waqt li l-inkwilin huwa komdju jħallas kera baxxa, huwa jkollu l-proprjetà/jiet li jikrihom bl-eluf! Dan l-ammont jinħadem ukoll skont l-et., ilmard li jista’ jkun hemm u l-problemi oħra marbuta mal-kerrej. Dan ifisser li jkun hemm bands b’rati differenti;

  3. Id-differenza bejn il-kera l-ġdida u dak li l-kerrej jista’ verament iħallas tinħareġ mill-Gvern taħt l-iskema tas-sussidju tal-kera lill-privat (skema li ilha għal diversi snin). Waqt li xi wħud jistqarru li mhux sew li l-Gvern iħallas il-kera tal-privat, wieħed irid jifhem l-obbligu soċjali tal-Gvern, li diversi minn dawn l-inkwlini huma anzjani ’il fuq minn 70 sena u jekk dawn jispiċċaw fit-triq, l-ispiża tal-Gvern biex jagħtihom akkomodazzjoni oħra tkun tiswielu aktar! Kieku fl-2013 mexa ma’ din il-proposta u minflok sparparjla eluf fuq konsulenti fażulli u ħalla l-korruzzjoni tikolna, kieku kien ikun f’qadgħa ferm aħjar u hemm inqas ansjetà fost l-inkwilini!



Too little


Il-proposta tal-Gvern hija lis-sid jista’ jgħolli l-kera BISS sa 2% ta’ kemm tiswa llum din il-proprjet.. Xi jfisser dan? Ħa nġib eżempju biex niftiehem aħjar:


Jekk proprjetà tiswa perezempju €150,000 u s-sid jista’ jitlob sa massimu ta’ 2%, dan ifisser li s-sid ser ikollu dħul ta’ €3,000 fis-sena, jiġifieri €250 fix-xahar! Għalkemm din iċċifra hija aħjar minn €185 fis-sena, taħsbu li s-sidien ser ikunu kuntenti b’dan id-dħul, aktar u aktar meta jafu li jistgħu jużawha għalihom jew għal uliedhom, jew inkella jikruha b’rata ferm akbar? Illum b’€250 fix-xahar tikri sodda waħda f’shared apartment!


Dan ifisser li Ivan kellu raġun jistqarr li dan ser iwassal biex aktar sidien jdaħħlu l-inkwlini fil-Qorti! Il-Gvern ser iġib il-ġebla fuq saqajh huwa stess!


Kien ikun ferm għaqli għall-Gvern kieku ma għamiltx capping, jew żied il-capping, jew inkella ntrabat li jekk din il-proprjetà tinbiegħ xi darba fil-futur, din tkun eżentata millħlas tal-boll bħala rikumpens.


Miżura li l-Gvern naqas li jitkellem ukoll dwarha hija dwar il-ħsarat li ċertu proprjetà soffrew matul is-snin u meta dawn il-proprjetajiet ser jgħaddu mill-ġdid f’idejn is-sidien.


Tassew li Ivan kellu raġun!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 7 ta' Marzu, 2021)

49 views

Commenti


BACK
bottom of page