top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

Irridu l-għasses miftuħa

Irridu l-għasses miftuħa

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida? Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA...

09/10/24

Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Jien nagħżel lil Malta

Huma diversi dawk il-persuni li magħhom niltaqa' matul id-diversi żjarat li nwettaq li jħosshom ittraduti u mibjugħa! Għalihom, dan mhux dak li l-Labour wiegħed.



Fil-ħajja nagħmlu ħafna għażliet. Nhar is-Sibt, 3 ta’ Ġunju, aħna lkoll mistiedna biex nerġgħu nagħmlu l-għażla mhux biss ta’ min se jmexxi lill-pajjiż imma se nagħżlu aktar minn hekk. Se nagħżlu x’tip ta’ soċjetà nixtiequ ngħixu fiha aħna u wliedna. Nixtiequ ngħixu f’soċjetà onesta jew f’soċjetà fejn id-diżonestà ssir onestà?

Din l-għażla mhix għażla mistennija. Fil-fatt, l-aħħar li lpoplu Malti kien għażel il-Gvern li jixtieq li jmexxi kien proprju erba’ snin ilu. Suppost baqa’ sena oħra ta’ tmexxija ta’ Gvern Laburista. Għaldaqstant, sena qabel iż-żmien, Joseph Muscat qiegħed jitlobna biex nerġgħu nagħżlu. Erba’ snin ilu, il-maġġoranza kbira ta’ ħutna l-Maltin għażlu li jemmnu lil Joseph meta qal li l-Gvern tiegħu jkun Gvern li jmexxi b’akkontabbiltà, bi trasparenza u b’meritokrazija. Eluf emmnu li Malta mhix se tibqa’ donnha tribù, maqsuma fi tnejn, imma se tkun ‘Malta tagħna lkoll’.

Għaldaqstant, quddiem dan il-kliem kollu ħlewwa u tjubija, il-poplu għażel. Erba’ snin wara ninsab ċert li l-poplu qiegħed jerġa’ jaħsibha sew! Dan għaliex matul dawn l-erba’ snin, Joseph qatgħalna nifisna bl-istejjer ta’ skandli.

Il-poplu Malti darba tista’ tidħak bih. Darbtejn ikun diffiċli. Huma diversi dawk il-persuni li magħhom niltaqa’matul iddiversi żjarat li nwettaq li jħosshom ittraduti u mibjugħa!

Għalihom, dan mhux dak li l-Labour wiegħed. Iħossu li Joseph u sħabu nqdew bil-Parit Laburista u bil-Laburisti ġenwini biex huwa u sħabu jrekknu għalihom ġid mhux mistħoqq lilhom. Dan is-sens ta’ tradiment ġej mhux biss minn ċittadini komuni li, filwaqt li huma jridu jikkuntentaw bil-karità tal-Prim Ministru, tal-qalba jiffangaw, imma issa anke l-istessWhip tal-Parlament, l-Onorevoli Farrugia, qiegħed iħossu ttradut!

Farrugia kiteb lill-Prim Ministru biex jgħidlu li huwa ma jħossux komdu jaħdem f’dan il-moviment u spiċċa biex jakkuża lill-Prim Ministru li dan ittradixxa l-valuri tal-Partit Laburista. Bħal Farrugia hemm oħrajn li forsi fis-skiet ta’ djarhom jafu jaraw min huwa ġenwin u min inqeda bihom. Għaldaqstant, l-għażla fl-elezzjoni mhix se tkun biss bejn il-PN u l-PL. Din mhix elezzjoni ‘normali’. Kieku kienet elezzjoni normali, kienet issir sena oħra. Għalhekk tajjeb li wieħed jistaqsi ‘għala l-Prim Ministru ħass li għandu jagħmel elezzjoni bikrija?’

Qiegħed jgħid li hawn l-instabbiltà. Jekk dan huwa minnu, din l-instabbiltà taf l-għeruq tagħha proprju sena ilu meta Konrad Mizzi u Keith Schembri nqabdu li għandhom kontijiet sigrieti fil-Panama u f’postijiet oħra. Meta faqqgħet din l-istorja, il-Prim Ministru qalilna li dawn huma ‘fake news’. Issa nafu li dan mhux minnu. L-unika ‘fake news’ hija t-tweġibiet tiegħu. Għaliex sena ilu l-Prim Ministru naqas mid-dover tiegħu li jieħu passi fil-konfront tagħhom, spiċċa mhux biss fid-dell qawwi tal-korruzzjoni, imma issa sirna nafu għaliex ma ħax passi. Ma ħax passi għax kollox jindika li huwa wkoll imdaħħal fil-biċċa xogħol! Issa l-Prim Ministru qiegħed dahru mal-ħajt u jrid isalva ġildu permezz ta’ elezzjoni bikrija.

Ir-riżultat tal-elezzjoni ma jħassarx it-tajjeb jew il-ħażin ta’ dak li wieħed jagħmel. Jekk il-Prim Ministru jemmen li rriżultat jista’ jmewwet dawn l-akkużi serji, allura għandna Prim Ministru li jara sal-ponta ta’ mnieħru.

Il-PN huwa lest għal din l-elezzjoni. Għalkemm il-Partit qiegħed jibda minn żvantaġġ kbir ta’ numru ta’ voti u ta’ nuqqas ta’ finanzi, ninsabu determinati. Simon Busuttil jagħtina eżempju ta’ determinazzjoni sħiħa li nagħlqu dan il-kapitlu ikrah fl-istorja ta’ pajjiżna.

Kif qal sew Simon Busuttil, l-għażla mhix iktar bejn il-blu u l-aħmar imma bejn Joseph u l-klikka tiegħu li ħatfet lill- Partit Laburista, u dawk li jħobbu lil Malta. Għal kull min iħobb lil pajjiżu, kull min iħobb is-sewwa, l-onestà, l-integrità, il-verità, l-għażla hija waħda ċara.

Jien se nagħżel lil Malta onesta għax nixtieq ngħix f’soċjetà serja u onesta. Din hija stedina għal kull min għandu dawn il-valuri. Għandu jinġabar madwar din il-Forza Nazzjonali biex nieħdu lura l-pajjiż minn idejn il-briganti.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 7 ta' Mejju, 2017)

1 view

Comments


BACK
bottom of page