top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Kollha pezza waħda?



Bħala kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali u wkoll bħala Kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali f’San Ġiljan, qiegħed nagħmel sensiela ta’ żjarat lill-familji. Iż-żjarat lill-familji huma importanti ħafna. Dawn iż-żjarat huma wieħed mill-modi tradizzjonali kif wieħed jiltaqa’ b’mod personali maċ-ċittadini fl-intimità tad-djar tagħhom.


Għalkemm illum il-ġurnata r-rwol ta’ mezzi ta’ komunikazzzjoni saru vitali, xorta waħda jibqa’ li dawn iż-żjarat huma meqjusa neċessarji. Iċ-ċittadini għadhom jistennew lill-kandidati jiġu jżuruhom. Dawn iż-żjarat mhumiex biss bejn iċ-ċittadin u l-kandidat imma anke bejn iċ-ċittadin u l-partit tal-kandidat. Il-kandidat qiegħed jidher mhux f’ismu imma f’isem il-partit li qieħed jippreżenta. Wieħed allura jifhem x’responsabbiltà hemm fuq spallejn il-kandidat!

Mill-esperjenza tiegħi s’issa hemm min jagħżel li ma jiftaħlekx. Hemm min jagħżel li jitfi l-qanpiena tal-bieb biex ma jkollux għalfejn juri li ma jridx jiftaħ! Hemm min ma jħobbx jilqa’ lill-kandidati tal-ebda naħa fid-dar tiegħu. Hemm min ma għandux interess fil-politika jew inkella jħoss li għadu kmieni wisq biex jibda jaħseb għall-elezzjonijiet. Oħrajn ikunu għajjenin wisq wara ġurnata twila ta’ ħidma biex jilqgħuk f’darhom. Hemm min ukoll forsi ‘jibża’’ jiftaħlek għaliex ma jridx jidher ikrah mal-partit fil-Gvern, aktar u aktar jekk uliedu jaħdmu fiċ-ċivil jew f’xi entit. tal-Gvern! Imma hemm ukoll diversi li jiftuħlek il-bieb u jistednuk biex tidħol ġewwa.

Għalija meta wieħed jagħmel dan il-ġest ikun qiegħed iwassal messaġġ qawwi mhux biss ta’ inkoraġġiment, fiduċja u apprezzament għall-ħidma tiegħek jew għad-deċiżjoni tiegħek li toħroġ għall-politika, imma juri li għandu interess fit-tmexxija u fil-ġrajjiet kurrenti tal-pajjiz. Meta wieħed jistiednek biex tidħol mill-għatba ’l ġewwa, ma jkunx jixtieq jisma’ x’għandek xi tgħid biss, imma jkun jixtieq ikollu wkoll iċ-ċans isemma’ leħnu. Juri x’jaħseb. Jaqsam il-preokkupazzjonijiet u d-diffikultajiet tiegħu. Iwassal is-suġġerimenti u l-kritika tiegħu. Fl-intimità tad-dar tiegħu, wieħed iħoss sens ta’ sigurtà li jista’ jgħid kif jaħsibha mingħajr biża’. Hija d-dar tiegħu u allura wieħed jista’ jgħid li jrid! Dan iseħħ aktar u aktar meta l-kandidat li jkun qiegħed iżuru jkun kandidat ġdid. Ma’ kandidat ġdid m’hemmx sudizzjoni. M’hemmx ċertu biża’. M’hemmx mistħija.

Waħda mill-aktar mistoqsijiet li nsib li jkolli nwieġeb f’dawn iż-żjarat hija: “Għaliex qiegħed toħroġ għall-politika, aktar u aktar meta l-politika hija meqjusa minn diversi bħala xi ħaġa ‘maħmuġa’?” Hija mistoqsija sinċiera u turi ċertu tħassib. Ċert li l-kandidati sħabi l-oħra jkollhom iwieġbu mistoqsijiet simili. Sinċerament inħossni nitnikket meta nisma’ dan. Inħossni xi drabi dgħajjaf biex inwieġeb quddiem ‘stejjer’ serji u reali. Inħoss ukoll ċerta rabja li xi wħud ‘ħammġu’ din il-ħidma tant nobbli.

Għalkemm nifhem li ħadd, inkluz jien, mhu anġlu nieżel mis-sema, ċert li daqskemm kien hawn ‘politikanti’ minn kull partit li ‘ħammġu’, inqdew u għamlu karriera mill-politika, hemm ukoll oħrajn li taw is-sehem tagħhom bis-sħiħ biex jibnu soċjet. aħjar. Il-lista ta’ dawn hija twila.

Għalija l-politika hija opportunità kbira biex inħalli din is-soċjetà ftit aħjar milli sibtha! Hija ħidma biex, flimkien miegħek, nibni soċjetà aktar umana, aktar ġusta, aktar ugwali u inklużiva fejn l-ebda persuna ma titwarrab fil-ġenb.


Il-politika għandha dejjem tkun servizz li jwassal biex jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja taċ-ċittadini kollha.

Din hija t-tweġiba tiegħi li nagħti lil min jistaqsini. Dan huwa l-għan aħħar tiegħi, issa… u ’l quddiem… jekk iċ-ċittadini jagħżlu li jkun hemm dan! Xejn aktar. Xejn inqas. Tkun ta’ ħsara għalina lkoll jekk kulħadd jintefa’ f’qoffa waħda. Tassew li mhux kulħadd pezza waħda!

Sta għalik biex tagħżel sew. Il-vot tiegħek jista’ jagħmel differenza.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta In-Nazzjon – 24 ta' Marzu, 2015)

1 view

Comments


BACK
bottom of page