top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Is Malta being governed by proxy?

Is Malta being governed by proxy?

Is Robert Abela truly in the driver’s seat? Is it he who calls the shots? PL resembles a massage parlour rubbing inflated egos. Robert...

04/11/24

Gvern Laburista seftur?

Gvern Laburista seftur?

Kull gvern demokratiku jiġi magħżul biex iservi l-ġid komuni. Il-ġid komuni jfisser li dak li jiġi deċiż huwa fl-interess tal-poplu...

27/10/24

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu mar-residenti tagħna fi djarhom imma anke saru diversi laqgħat.


Credit: tvmnews.mt

Fl-aħħar elezzjonijiet għal Kunsilli Lokali li nżammu f’Gunju li għadda, il-maġġoranza tar-residenti ġewwa San Ġwann reġgħu fdaw mill-ġdid it-tmexxija ta’ din il-lokalità f’idejn il-Partit Nazzjonalista.


Fl-edizzjoni tal-elezzjonijiet tal-kunsilli, il-PN kien tilef din il-lokalità bi 80 vot. Din id-darba, il-Partit Nazzjonalista, rebaħ din il-lokalità b’maġġoranza ta’ aktar minn 730 vot. Dan ifisser li kien hemm swing ta’ aktar minn 800 vot aktar għal Partit Nazzjonalista!


Imma dan ir-riżultat ma waqgħax mis-sema. Dan kollu ma kienx possibli għal ħidma siewja tal-kumitat ta’ San Ġwann.


Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu mar-residenti tagħna fi djarhom imma anke saru diversi laqgħat. Nemmen li żjarat fid-djar huma kruċjali għaliex huwa mod dirett li wieħed jidħol fid-djar ta’ residenti tagħna u jisma’ l-opinjoni, is-suġġerimenti u l-kritika tagħhom.


Kien hemm wkoll l-għajnuna tal-Kap, Bernard Grech li għal diversi drabi żar huwa wkoll, mhux biss lil komunità kummerċjali li hawn fostna, imma anke ltaqa’ ma’ bosta residenti u sema’ dak li kellhom xi jgħidu. Kienet opportunità sabiħa li l-Kap sab il-ħin biex jagħmel dan.


Kien hemm ukoll l-għajnuna ta’ diversi kandidati MEP u Deputati tad-distrett li huma wkoll taw l-appoġġ tagħhom biex inħeġġu lir-residenti biex joħorġu jivvutaw.


Imma l-ħidma tal-kumitat ma waqfitx wara l-elezzjoni.


Il-membri ta’ dan il-kumitat jafu li l-ħidma trid tkompli. Kien għalhekk li l-kumitat ħaseb mhux biss li jagħmel attività tar-rebħa wara li mill-ġdid tal-maġġoranza f’San Ġwann, imma ħaseb li għal 60 sena mill-kisba glorjuża tal-Indpendenza ta’ pajjiżna jtella’ numru ta’ attivitajiet li jfakkru din il-ġrajja.


Kien għalhekk li l-kumitat tella’ tlett attivitajiet.


L-ewwel attività kienet ta’ natura soċjali permezz ta’ pasta night. Kienet attivita’ fejn diversi tesserati u oħrajn jinġabru flimkien għal din l-attività. Bħal kull attivita’ soċjali, dawk prezenti kellhom l-opporunità mhux biss biex jieklu ftit pasta tajba imma kellhom ċ-ċans li jiltaqgħu lkoll flimkien. Għal din l-attività kien hemm prezenti numru ta’ kollegi Deputati fejn dawn kellna l-opportunita’ biex inġeddu l-kuntatt tagħna mal-votanti tagħna.


It-tieni attivita’ kien li kumitat ħaseb biex jiżra siġra taż-żebbuġ biex titfakkar din il-grajja. Is-siġra taż-żebbuġ tfakkar mhux biss il-paċi u l-għaqda imma peress li kienet siġra taż-żebbuġ Maltija, kienet wkoll turija ta’ apprezzament għal dak li huwa Malti. Il-PN kien u għadu partit kburi minn pajjiżna. Matul is-snin li l-PN jingħata fiduċja fit-tmexxija tal-pajjiż, dejjem ħaseb biex jmexxi ‘il quddiem pajjiżna.


It-tielet attività kienet ġbir tal-għoti tad-demm. Dan kien possibli għaliex l-Blood Donation Unit laqa’ t-talba tagħna u kellna il-mobile blood donation trailer fostna. Dan kien ipparkajt quddiem il-knisja parrokjali. B’hekk diversi persuni setgħu jiġu jagħtu d-donazzjoni tagħhom tad-demm. L-għoti tad-demm huwa ġest nobbli u juri li fil-ħajja rridu nkunu persuni ġeneruzi. Il-PN dejjem ħadem biex jwassal il-valur tas-solidarjetà għal oħrajn.


Dan kollu kien possibbli għaliex il-membri kollha tal-kumitat ħadmu flimkien. Nemmen fis-sħiħ li fejn hemm l-għaqda, hemm ħidm tajba li tagħti l-frott.


Għaldaqstant, nixtieq ninqeda b’dan l-artiklu żgħir biex mbux biss ngħid ‘grazzi’ u ‘prosit’ lil membri KOLLHA ta’ dan il-kumitat u nkompli nagħti l-appoġġ tiegħi lilhom biex inkomplu l-ħidma tagħna flimkien.


Flimjien aħjar. Flimkien naslu.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta in-Nazzjon – 9 t' Ottubru, 2024)

6 views
BACK
bottom of page