top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Messaġġ ċar

Ejjew inkomplu naħdmu lkoll flimkien mhux biss għall-ġid tal-partit imma fuq kollox għall-ġid ta’ din l-omm li tagħtna isimha, Malta tagħna.


Photo: Matthew Mirabelli

Il-poplu bagħat messaġġ ċar. Ċar daqs il-kristall.


Min għandu widnjen, ħa jisma’ sew!


Matul il-kampanija elettorali, il-Partit Laburista għamel minn kollox, mhux biss biex jikkonvinċi lin-nies, imma saħansitra għamel minn kollox biex jixtri l-vot tagħhom. Qassam ċekkijiet tal-flus, ħareġ skemi ta’ għajnuna, ta promotions lil ħaddiema tal-Gvern, irranġa bankini u toroq, u ffirma ftehim ma’ dak jew mal-ieħor. Mhux biss. Wasal saħansitra biex jagħti appartamenti tal-Gvern biex forsi jirbaħ il-voti!


Imma kienu diversi u diversi dawk iċ-ċittadini li filwaqt li ħadu dak li bagħtilhom il-Gvern, spiċċaw beżqulu fis-sunnara!


Nemmen li dan huwa l-ewwel messaġġ. Diversi ċittadini huma ntelliġenti biżżejjed biex jintebħu li l-Gvern qiegħed biss jipprova jroxx il-bżar fl-għajnejn. Ħareġ ċar li diversi u diversi ċittadini mhumiex għal bejgħ u ma jinxtarawx!

 

Jitmejjel bil-Laburisti


Għalkemm il-Partit Laburista teknikament rebaħ dawn l-elezzjonijiet, u dan kien previst li jseħħ IMMA politikament, il-Partit Laburista ‘tilef’ din l-elezzjoni. Li jipprova jbenġilha ma’ dawk Laburisti bħala rebħa ‘soda’, ikompli jikkonferma li l-Partit Laburista jibni kollox fuq lis-spin, jiġifieri fuq tawwiġ tal-verità!  


Għaliex qiegħed ngħid li l-Partit Laburista tilef politikament din l-elezzjoni? 


Tajjeb li ngħid li fl-aħħar elezzjoni li kellna fl-2019, il-PL rebaħ b’distakk ta’ 42,600 vot. Din kienet rebħa soda u konvinċenti tassew. Imma f’din l-elezzjoni, il-Partit Laburista rebaħ b’distakk ta’ 8,454 vot. Dan ifisser li naqas il-voti mhux b’wieħed jew tnejn IMMA bi 34, 141 vot! 


Il-messaġġ kien wieħed ċar.


Jidher ċar li diversi u diversi huma dawk li mhux biss it-tlellix u l-propoganda tal-Gvern mhux qed jimpressjonawhom aktar, imma huma rrabjati u diżappuntati li l-Partit Laburista donnu sar refuġju u dar tal-ħallellin u l-frodisti. Donnu l-PL sar tarka tal-korrotti!


Matul dawn il-ħdax-il sena, kellna skandlu wieħed akbar minn ieħor. Bdejna bl-iskandlu tal-Cafè Premier, imbagħad kellna l-kontijiet sigriet tal-Panama, imbagħad bil-wind farms ġewwa Montenegro,  l-istejjer ta’ 17 Black, il-qtil makabru ta’ Daphne u t-tkaxkir tas-saqajn tal-Gvern biex toħroġ il-verità, l-iskandlu tal-flyover tal-Marsa, skandli tal-liċenżji tas-sewqan, l-iskandi tal-benefiċċji soċjali u tant oxxenitajiet ta’ promotions u direct orders. Imma l-akbar żewġ skandli li għezzew lil poplu ċertament kienu l-inkjesta ta’ Jean Paul Sofia u l-inkjesta tal-isptarijiet tal-Vitals/Stewards li waslu biex għall-ewwel darba fl-istorja politika ta’ pajjiżna, ex prim ministru, deputat prim ministru, ministri u segretarji parlamentarji jkunu akkużati quddiem il-Qorti b’akkużi serji ta’ frodi u korruzjoni!

 

Robert għamel ħafna żbalji


Robert Abela flok qata’ id il-qarnita (metaforikament), spiċċa biex tgħannaq magħha. Flok ġab ruħu ta’ Prim Minitru ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea, spiċċa jagħmilha ta’ avukat difensur.


Flok ġab l-interessi ta’ pajjiżna, għażel li jpoġġi l-interessi tal-Partit u tiegħu l-ewwel. Spiċċa jgħajjar lil min qed jaħdem għas-sewwa u l-verità bħala tradituri minflok li ċanfar lil min kien il-protaganist f’din il-ħadma!


Robert Abela fl-aħħar jiem talab l-appoġġ tal-Laburisti biex jibagħtu messaġġ qawwi ta’ fiduċja fih u fil-Gvern tiegħu.


U diversi tkellmu bil-vot tagħhom li tilfu l-fiducja fih u fil-Gvern Laburista. Jidher ċar li diversi Laburisti mhux biss semgħu minn Desmond Zammit Marmarà, li kiteb biex il-Laburista jagħmlu favur lil Malta u ma joħorġux jivvutaw, imma oħrajn għalkemm marru jivvutaw (biex ma jkunux ittimbrati li ma ħarġux), ħassru l-vot tagħhom jew inkella taw l-ewwel preferenza tagħhom lil Roberta Metsola. Fil-fatt, diversi voti kellhom preferenza għal Roberta biss! Nemmen li dawn kienu fil-maġġoranza tagħhom Laburisiti! 


Minn naħa l-oħra, nemmen li għalkemm il-Partit Nazzjonalista teknikament tilef din l-elezzjoni, imma politikament rebaħ. U ngħid għaliex?

 

Irbaħna t-tielet siġġu Ewropew


Mhux biss il-PN reġa’ rebaħ it-tielet siġġu jew inkella għaliex żied il-voti tiegħu. Fil-fatt, din l-elezzjoni Ewropea kienet l-aktar riżultat pożittiv li kellu l-Partit minn kemm ilna li dħalna bħala membri.


Nemmen bis-sħiħ li rbaħna poltikament għaliex il-PN kellu kollox kontrih. Kien tassew l-underdog, kif tal-Labour kienu jħobbu jgħidu! Il-PN kellu mhux biss l-istazzjoni TVM kontrih, li kontinwament kien magna ta’ propoganda kontinwa favur il-Gvern, imma saħansitra s-surveys wieħed wara l-ieħor li kienu qed ibassru lid-distakk kien ser ikun ta’ madwar 27 jew 30 elf! Dan żgur ħalla mpatt psikoloġiku mhux biss fuq il-votanti imma anke fuqna d-deputati, kandidati u attivisti! Diversi kenu jgħajruna ‘fejn huma n-Nazzjonalisti’ jew inkella jgħidulna li kollox għal xejn għaliex aħna spiċċajna erbgħa qtattes!


IMMA, u hawn qegħdha l-imma kollha, bħal ma David ma beżax mill-ġgant Gulija, hekk ukoll aħna lkoll ma qtajnix qatt qalba. Ilkoll kemm aħna ħdimna fuq li ħdimna. Għalkemm kulħadd għamel il-parti tiegħu, żgur li ma nistax ma nsellimx l-impenn tal-Kap Bernard Grech, tas-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino u tal-campaign manager, Karl Gouder li verament emmnu u ħadmu għal dan ir-riżultat.


Dan ir-rizultat huwa l-bidu u mhux it-tmiem.


Il-bidu ta’ mixja oħra u itwal li għandha twassalna għal rebħa oħra. Għaldaqstant, tajjeb ukoll li l-Partit jisma’ ukoll l-messaġġ li bagħtu diversi li għażlu li jħassru l-vot tagħhom jew inkella jivvutaw kandidati independenti.

 

Viċin in-nies


Hemmhekk hemm messaġġ li hemm bżonn nisimgħu wkoll. Għalhekk nagħmel appell li f’dawn ix-xhur li ġejjin nagħrblu sew dan ir-riżultat u nieħdu l-passi meħtieġa biex nirrispondu. Irridu nirbħu fuq il-merti tagħna u mhux fuq id-disfatta ta’ ħaddieħor!


Nifraħ minn qalbi lil Roberta, lil David u lil Peter għas-suċċess tagħhom. Aħna kburin bikom! Ninsab ċert li sejrin tagħmlu unur mhux biss lil partit imma lil Malta!


Nirringrazzja wkoll lil kandidati l-oħra li għalkemm ma ġewx eletti ninsab ċert li għandhom kontribut x’jagħtu lill-Partit.


Ejjew inkomplu naħdmu lkoll flimkien mhux biss għall-ġid tal-Partit imma fuq kollox għall-ġid ta’ din l-omm li tagħtna isimha, Malta tagħna.


Prosit tassew lil kulħadd. FLIMKIEN NASLU!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 16 ta' Ġunju, 2024)

6 views

Comments


BACK
bottom of page