top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Mgħaffġin taħt saqajha

Gvern Labusrita dejjem prova jintgħoġob u meta tipprova tintgħoġob u ma tagħmilx dak li huwa sewwa, tispiċċa ma togħġob lil ħadd.



Iktar ma jgħaddi żmien, iktar qed nitgħaffġu taħt iż-żarbuna kifra tal-pandemija. Lanqas għad hemm bżonn li ngħidu ta’ xiex inhi l-pandemija, għax illum saret konnotazzjoni. Qbiżna t-tlett elef każ ġewwa pajjiżna. Issa m’għadhomx qed imutu biss l-anzjani, imma anke nies ta’ madwar l-erbgħin sena. Allura l-mistoqsija tippersisti: Qegħdin nagħmlu biżżejjed biex nipprevjenu t-tixrid ta’ dan il-mikrobu kiefer li rifisna u donnu ma jridx ineħħi saqajh minn fuqna?


Din mhijiex mistoqsija bi tweġiba universali għaliex ġaladarba kulħadd intitolat għal opinjoni personali tiegħu, hawn ħafna opinjonijiet differenti. Mela x’għandna nagħmlu biex effettivament inwaqqfu l-imxija? Faċli jissemmew miżuri bħad-distanza soċjali u l-maskri u s-sanitiser. Imma issa li għaddiet sena minn mindu daħlet il-pandemija f’pajjiżna, kemm verament għadhom biżżejjed dawn il-miżuri f’dan l-istat delikat li ninsabu fih?


Jekk tgħallimna xi ħaġa minn din il-pandemija, hija li għandna nkunu responsabbli sabiex nissalvagwardjaw ħajjet xulxin. In-nuqqas ta’ empatija ta’ ċertu nies jispiċċa jaffettwa l-ħajjiet ta’ eluf oħrajn, xi kultant fatalment. Żball wieħed u żgiċċatura żgħira fil-proċess biex inrażżnu l-imxija jista’ jkollu riperkussjonijiet ferm akbar.


Ftit ġimgħat ilu, ittieħdu miżuri ġodda sabiex niġġieldu n-numru straordinarju ta’ każijiet attivi bħalissa f’pajjiżna. Minkejja li nemmen li kienu deċiżjonijiet li misshom ittieħdu ħafna qabel, huma deċiżjonijiet validi. Iżda huma biżżejjed biex jeredikaw dawn in-numri millesperjenza li kellna s’issa?


In-nies issa għajjew minn din il-pandemija, u ma ttihomx tort. Imma fl-istess ħin huwa ovvju li b’mod kollettiv, bħala komunità waħda, huwa tort ta’ dawk li tant xebgħu mill-pandemija u li spiċċaw jittraskuraw u jagħmlu azzjonijiet irresponsabbli. Irridu naraw li qed tingħata għajnuna konkreta lil dawk l-individwi li qed ibatu mentalment minn din il-ġennata li għaddejjin minna. Is-saħħa mentali u s-saħħa fiżika huma interdipendenti, allura r-rovina ta’ waħda twassal għar-rovina tal-oħra.


Fl-aħħar ġimgħat, rajna avvenimenti bħal dak il-party fil-White Rocks u dik it-tombla fil-Ħamrun, li għalihom kien hemm preżenti ammont xokkanti ta’ żgħażagħ u anzjani, rispettivament. Dan huwa proprju xhieda li n-nies għajjew matul din l-aħħar sena. Iżda dan ma jiġġustifikax dak li qed jagħmlu.


Madankollu, għandna nassiguraw li issa iktar minn qatt qabel nagħtu prijorità lill-infurzar. Hemm min hu magħluq bi tbatija kbira ġewwa l-konfini ta’ daru, filwaqt li ħaddieħor huwa liberu. Donnu filwaqt li hawn min ma jistax iżur lil qrabatu u lill-anzjani tiegħu, ħaddieħor donnu għandu xi awtorità divina fejn indirettament (minħabba nnuqqas ta’ infurzar) jista’ jilqa’ l-folol. Dan huwa dak li jiġri meta l-liġi tkun daqslikieku ma tapplikax għal kulħadd iżda tkun tapplika biss għal maġġoranza minn kollettiv ikbar, waqt li l-minoranza tgawdi.


Dawn huma l-konsegwenzi ta’ meta tipprova tintgħoġob ma’ dak jew mal-ieħor; ta’ meta ċċedi għall-pressjoni ta’ xi grupp li għandhom xi tip ta’ “awtorità” u “saħħa”; ta’ meta ma tagħmilx infurzar ma’ kulħadd għax għal xi wħud tagħlaq għajn waħda; ta’ meta l-bars u l-klabbs isiru ristoranti għax iservu pakkett crisps; ta’ meta ma tismax mill-esperti...


Il-gvern Laburista ġab dan kollu b’idejh għaliex dejjem prova jintgħoġob u meta tipprova tintgħoġob u ma tagħmilx dak li huwa sewwa, tispiċċa ma togħġob lil ħadd! Żball tagħmlu darba iva, huwa żball. Iżda malli tagħmlu darbtejn, tlieta, erbgħa, ma jibqax żball, iżda deċiżjoni. Żball trid titgħallem minnu mill-ewwel, mhux tirrepetih bl-iskuża li għadek trid titgħallem minnu.


Din il-pjaga tal-egoiżmu hija waħda mir-raġunijiet varji għalfejn l-umanità ma’ kull pass ’il quddiem tagħmel tnejn lura. Kif ktibt preċendemant, id-deċiżjoni ta’ xi wħud li jkunu ego-ċentriċi twassal għal konsegwenzi kbar mhux biss għall-individwu iżda anke għas-soċjetà kollha li dan l-individwu jagħmel parti minnha. Jekk nieqfu nuru kompassjoni ma’ xulxin u kulħadd ifendi għal rasu, l-iskop tal-umanità jintilef għal kollox.


Huwa veru li issa ddejjaqna nisimgħu dejjem l-istess kantalina. Però la wħud mhux jisimgħu, il-messaġġ irid jasal lil kulħadd. Ilkoll irridu niġbdu ħabel wieħed, inkella nitilfu l-bilanċ u l-mewġ ikaxkarna miegħu. Jekk nemmnu li l-mewġ ma jitlax fl-art, jispiċċa joħodna miegħu għal ġol-baħar.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 21 ta' Marzu, 2021)

10 views

Comments


BACK
bottom of page