top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Min jitħanżer u min jitbażwar!

Mhux aċċettabbli li hawn persuni jitħallew jitħanżru minn fu il-but tal-poplu waqt li oħrajn qegħdin jitbażwru biex jirnexxilhom jaslu sal-aħħar tax-xahar.


Credit: Shutterstock.com

Ftit tal-ġranet ilu, ġiet pubblikata analiżi mill-KMPG li kkonfermat mill-ġdid dak li diversi qegħdin għaddejjin minnu u minn dak li l-PN ilu għal diversi xhur jinsisti dwaru.


F’dan l-aħħar stħarriġ ġie kkonfermat li fid-dawl li ċ-ċittadini qedgħdin iħossu l-piż tal-għoli tal-ħajja, huma qegħdin jibqgħu lura min ċertu attivitajiet ta’ divertiment u attivitajiet oħra. Dan qed jagħmlu biex ikunu jistgħu jiffrankaw biex b’hekk ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja. Sentenza li laqtitni minn dan ir-rapport maħruġ kienet: ‘many are thinking of changing their lifestyles’ – ‘diversi qegħdin jbiddlu l-istil tal-ħajja tagħhom’. Fil-qosor, qegħdin joqgħodu ‘bilgħaqal’ u jibqgħu lura minn numru ta’ affarijiet/attivitajiet li kienu jħobbu jagħmlu għaliex inkella ma jwasslux sal-aħħar ta’ kull xahar. Fil-fatt, skont l-NSO kien hemm tnaqqis fil-konsum ta’ prodotti ta’ divertiment.


Mhux hekk biss, skont l-aħħar stħarrig ukoll ta’ NSO, persuni li jaħdmu full-time spiċċaw iridu jagħmlu part-time ukoll. Fil-fatt, kien hemm żieda ta’ 9.7%. Dan ifisser li n-numru ta’ persuni li jaħdmu full-time imma ħassew il-bżonn li jagħmlu wkoll part-time issa huwa ta’ 38,791. Għalkemm mhux l-ewwel darba li xi ħadd jagħmel ukoll part-time għaliex ser ikun dieħel/daħal għal xi spiża kbira, imma din iż-żieda tista’ tfisser ukoll li b’paga waħda dan ma jistax jibqa’ jgawdi livell tajjeb ta’ għajxien.


Dan jista’ wkoll juri li jekk dan huwa f’relazzjoni u s-sieħeb/sieħba tiegħu qed taħdem ukoll, dan ifisser li koppja waslet f’sitwazzjoni li biex ikollha l-livell ta’ għajxien, għandha bżonn li jkollha tliet impiegi? Jekk iva, dan ser ikompli jnaqqas il-kwalità tal-ħajja ta’ dawn il-koppji. Min jaħdem fil-qasam soċjali jaf sew li meta koppja tonqsilha ż-żmien/ħin li tqatta’ flimkien, hemm il-periklu li jkun hemm diffikultajiet fir-relazzjoni tagħhom! Dan jista’ jwassal għal mhux biss problemi soċjali oħra imma r-relazzjoni tal-koppja tkun qed teżisiti aktar milli tkun waħda ħajja! U dan kollu għaliex ma jistgħux ilaħħqu mal-għoli tal-ħajja!


U hawn tajjeb li ngħidu li l-għoli tal-ħajja, li filwaqt f’Frar 2022 kien ta’ 4.2%, fi Frar ta’ din is-sena tela’ għal 7% u issa f’Marzu li għadda ir-rata kienet 7.1%. Din iż-żieda hija aktar minn dik tal-pajjiżi li jinsabu fiż-żona ewro, fejn ir-rata tal-inflazzjoni hija ta’ 6.9%!


Lil hinn minn ċifri, iċ-ċittadini, b’mod partikolari dawk il-familji vulnerabbli, jafu li meta qegħdin imorru kull ġimgħa jixtru l-affarijiet bażiċi tal-ikel, qegħdin iħallsu aktar għall-istess affarijiet. Dan kien ukoll ikkonfermat mill-Ministru Clyde Caruana nnifsu meta fil-Parlament hu stqarr li xirja li qabel kienet tiswa €220, issa saret tiswa €290. Dan ifisser €70 aktar!


L-unika persuni li mhumiex qegħdin iħossu din iż-żieda huma dawk tal-qalba li jinsabu mitlufin jiffangaw jew aħjar, kif qalet Rosianne Cutajar, jinsabu jitħanżru!


Numru ta’ persuni tal-qalba, fosthom il-partners tal-Ministri qegħdin jitħanżru sew bħal attaparsi qegħdin jagħtu konsulenzi u ħidmiet oħra.


Nagħti ftit eżempji ta’ dan. Tajjeb li nsemmgħu li l-eks deputati tal-Gvern qegħdin tħallsu/jitħallsu somom mill-flus pubbliċi biex jitkomplew jitħanżru. Mela Gavin Gulia qala’ €388,000, Luciano Busuttil ħa €350,614, Silvio Grixti qala’ €234,640, filwaqt li Etienne Grech li qala’ €59,651. Dawn huma biss xi wħud minn dak li semmiet Rosianne Cutajar.


Żgur li dawn u ħafna oħrajn mhumiex biss qegħdin iħossu l-għoli tal-ħajja u żgur mhumiex qed jibqgħu lura milli jiddevertu kif l-istħarriġ ta’ KPMG qiegħed jindika li diversi Maltin qegħdin jagħmlu.


Il-PN għal darba oħra qiegħed ifakkar lil Gvern ta’ Robert Abela fir-responsabbiltà li jara li jieqaf dan it-tħanżir kollu u jkun hemm verament miżuri biex itaffi l-għoli tal-ħajja tal-familji. Hija fir-responsabbiltà tal-Gvern li jirażżan lil min qed jitħanzer, jieqaf iwaħħal f’ħaddieħor u fil-ġrajjiet internazzjonali u jibda iġorr ir-responsabbiltà tat-tmexxija.


Mhux aċċettabbli li hawn persuni jitħallew jitħanżru minn fuq il-but tal-poplu waqt li oħrajn qegħdin jitbażwru biex jirnexxilhom jaslu sal-aħħar tax-xahar.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 30 t' April, 2023)

9 views

تعليقات


BACK
bottom of page