top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Miskin min ikasbarni

Jidher biċ-ċar li l-poplu jinsab diżappuntat li ġie mqarraq. Robert Abela daħaq bih.


Credit: Shutterstock.com

‘Miskin min ikasbarni. Miskin min jidhaq bija.’ Hekk kiteb Rużar Briffa fil-poeżija tiegħu meta l-Maltin qamu kontra l-ħakkiem barrani. Hekk ukoll stqarr il-poplu mill-ġdid meta semma’ leħnu b’eluf miġbura fil-Belt Valletta fil-vġili għal Jean Paul Sofia.

Wara 10 snin ta’ Gvern Laburista, li tela’ bil-wegħda ta’ politika nadifa u ġdida, il-poplu kellu jerġa’ joħroġ isemma’ leħnu. Jidher biċ-ċar li l-poplu jinsab diżappuntat li gie mqarraq. Jidher ċar li l-poplu jħoss li Robert Abela daħaq bih. Għalhekk il-poplu huwa rrabjat. Deher biċ-ċar li l-poplu miġbur huwa mdejjaq mhux biss b’dan il-każ, imma bis-sensiela sħiħa ta’ skandli wieħed wara l-ieħor. Il-poplu qiegħed jifhem li jekk dawn l-iskandli jispiċċaw isiru qishom mhuma xejn, allura ‘ruħ’ pajjiżna ser tispiċċa. Jidher biċ-ċar li l-poplu mhuwiex kuntent bil-mod li dan il-Gvern qiegħed imexxi. Dan ħareġ ukoll ċar fl-aħħar stħarriġ li sar.

Irridu ngħixu f’pajjiż nadif. Irridu ngħixu f’pajjiż normali


Il-maġġoranza taċ-ċittadini huma onesti; li jaqilgħu l-ħobża tagħhom bl-għaraq ta’ ġbinhom; li jħallsu t-taxxi; li jħobbu lil pajjiżhom u jixtiequ l-ġid lil din “l-art li tatna isimha”. Il-kotra fehmet li l-korruzzjoni hija theddida għall-istess demokrazija tagħna. Jekk xi ħadd huwa korrott, se jmexxi b’mod korrott. Jekk xi ħadd m’għandu ebda skrupli li jwettaq korruzzjoni, mhux ser ikollu ebda skruplu biex jibqa’ jiffanga u jiggranfa mas-siġġu tal-poter. Min għandu d-dell tal-korruzzjoni fuqu, ma jistax imexxi bis-serenità meħtieġa. Għaldaqstant, quddiem l-akkużi serji ta’ korruzzjoni sistematika minn dawk stess li qegħdin imexxu pajjiżna.


Il-kotra Maltija ma tridtx tgħix f’soċjetà diżonesta u maħmuġa; ma tixtiqx li wliedha jikbru f’soċjetà fejn xejn mhu xejn, u li kollox jgħaddi; ma riditx li hi u wliedha jgħixu f’soċjetà fejn il-korruzzjoni hija n-norma tal-ħajja u mhux l-eċċezzjoni. Il-kotra mhux ser tittollera aktar lil min jinqeda biha biex jiffanga u jsir sinjur minn fuq daharha.

Hija tal-mistħija li, filwaqt li l-gvern jiġri wara dawk li jabbużaw mis-servizzi soċjali, mingħajr lanqas jagħti kas, forsi tal-vulnerabbiltà tagħhom; waqt li l-pensjonanti jippruvaw jaraw kif se jwasslu sal-aħħar tax-xahar; waqt li persuni morda bil-kanċer jittalbu lill-President biex jgħinhom biex ikollhom il-kura meħtieġa, diversi ‘ħbieb tal-ħbieb’ ikomplu jiffangaw mingħajr mistħija ta’ xejn.


Jiem iebsa


F’dawn il-jiem kellna wkoll Malta kollha mingħajr servizz ta’ dawl. Kienu jiem iebsa għal diversi, fosthom anzjani, morda u anke negozjanti li tilfu kollox. Quddiem dan il-qtugħ kollu, minflok li l-Gvern jammetti li matul dawn l-aħħar 10 snin ma għamel kważi xejn fuq il-problema tad-distribuzzjoni, spiċċa bħas-soltu jwaħħal fil-Gvern Nazzjonalista meta Lawrence Gonzi kien Prim Ministru. Lanqas wieħed jemminha din! Mhux hekk biss. Kellna ministru li tgħid lil dawk mingħajr dawl biex ma jgergrux u jmorru minflok jaqraw ktieb! Huwa tajjeb li wieħed jaqra u għandha bżonn kbir anke fid-dawl li aħna poplu li ma nħobbux naqraw, imma żgur li dan ma kienx il-mument li wieħed jgħid dan! Dan kollu juri li l-Gvern ta’ Robert Abela jinsab maqtuħ mir-realtà ta’ kuljum. Huwa Gvern li jgħix f’dinja għalih, fejn qiegħed jitħanżer fuq li jitħanżer fuq dahar il-pubbliku. Huwa Gvern insensittiv. U dan ħareġ ċar wara l-votazzjoni fil-Parlament dwar l-Inkjesta Pubblika fuq il-każ ta’ Jean Paul Sofia. Wara li ġel lid-deputati kollha tiegħu biex jivvutaw bħalu, Robert Abela b’insensittività kbira mhux biss mar jiġri siegħa wara għal kunċert imma l-għada mar jiġri bil-yot ġewwa Ragusa. Filwaqt li wieħed jifhem li anke Prim Ministru għandu bżonn tal-mistrieħ, imma żgur li ma kienx dan il-mument.


Dan il-Gvern Laburista ma baqagħlu l-ebda mistħija ta’ xejn.


Il-Partit Nazzjonalista jkun il-vuċi tan-nies


Il-Partit Nazzjonalista, imexxi minn Bernard Grech u d-deputati kollegi kollha tiegħu, ser nkomplu nagħmlu l-ħila tagħna biex inkunu mhux biss viċin in-nies imma nkomplu nkunu vuċi għalihom.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 30 ta' Lulju, 2023)

12 views

Comments


BACK
bottom of page