top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Miżuri biex itaffu l-piżijiet tal-għoli tal-ħajja

Il-Partit Nazzjonalista b’viżjoni biex l-isfidi li qed iġibu l-għoli tal-ħajja jkunu mtaffijin.


Credit: Shutterstock.com

Din il-ġimgħa, il-kollega tiegħi, l-Onor. Jermone Carunana Cilia, bħala kelliem għall-Finanzi u jiena bħala kelliem għal Livell ta’ Għajxien Aħjar b’Impenn Kontra l-Għoli tal-Ħajja ħriġna stqarrija fejn fija spjegajna l-viżjoni u l-proposti li għandu l-Partit Nazzjonalista biex jwieġeb għal pjaga tal-għoli tal-ħajja.


Għal diversi drabi, il-kap, Bernard Grech, tkellem fuq din il-viżjoni u fuq dawn il-proposti.


Għalkemm il-Partit Laburista jsibha komda li jittimbra lill-Partit Nazzjonalista bħala partit negattiv u li bħala gvern alternativ ma għandhux proposti alternattivi, propju f’dan ir-rigward mhux biss qegħdin noffru proposti imma dawn il-proposti biss jistgħu jwassalu biex jittaffa’ dan il-piż.


Il-Partit Laburista jrid jieqaf iwaħħal f’kollox u f’kulħadd biex jevita li l-fatt li l-Gvern għandu responsabbiltà fuq dan l-għoli tal-ħajja li qiegħed jolqot b’mod dirett li tant familji, b’mod partikolari lil anzjani u familji vulnerabbli.


Mudell ekonomiku ġdid


Id-differenza bejn il-proposti tagħna u l-mizuri tal-Partit Laburista nista’ niġborhom billi ngħid li filwaqt li l-Partit Laburista jipprovdi l-ħuta f’forma ta’ handouts u għotjiet biex jagħlaq ħalq il-fqir jew aħjar biex jagħmih bil-bżar fl-għajnejh, il-Partit Nazzjonalista mhux biss jagħti l-‘ħuta’ imma wkoll il-qasba biex jistgħad. Dan ifisser li mhux biss nagħtu l-għotjiet – li huma sbieħ u f’ċertu każijiet neċessarji – imma naħdmu biex mhux biss nagħmlu sistemi, strutturi u politika li jwasslu għal trażżin tal-għoli tal-ħajja, imma wkoll li nagħtu spazju biex jinħoloq mudell ekonomiku ġdid li jwassal għal impiegi ġodda u niċeċ ta’ ekonomija ġdida. B’hekk ikun hawn persuni li għandhom salarji tajbin u mhux salarji mibnija fuq ic-cheap labour.


Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jisħaq li l-Gvern ta’ Robert Abela għandu jgħin ferm aktar lil tant familji u negozji Maltin u Għawdxin li qed ibatu mill-għoli tal-ħajja.


L-aħħar statistika terġa’ turi li Malta għandha rata ta’ għoli tal-ħajja ogħla miż-Żona Ewro. Agħar minn hekk, daqqa akbar għax l-akbar rata tinsab fuq l-aktar prodotti essenzjali bħall-ikel. Din hi pjaga li kuljum qed tgħaffeġ lill-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.


Il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jesprimi t-tħassib tiegħu li l-Gvern ta’ Robert Abela mhux qed jagħmel biżżejjed biex jegħleb l-impatt tal-għoli tal-ħajja fuq il-poplu, b’mod partikolari l-familji u l-anzjani, li qed ibatu biex iwasslu sal-aħħar tax-xahar.


Il-Gvern ta’ Robert Abela għandu jnaqqas l-infiq żejjed u bla bżonn li qed ikompli joħloq piżijiet ġodda fuq il-poplu.


Il-PN b’viżjoni biex jegħleb l-isfidi


Il-Partit Nazzjonalista jtenni l-viżjoni tiegħu biex dawn l-isfidi li qed iġibu l-għoli tal-ħajja jkunu mtaffijin. Fosthom li:

  • jinħoloq mudell ekonomiku ġdid b’setturi ġodda li jimmiraw xogħlijiet ta’ kwalità u li jħallsu aktar lill-ħaddiema tagħna;

  • l-COLA ma jkunx taxxabbli;

  • l-Gvern għandu jagħti inċentivi fiskali biex jikkumbatti għaż-żidiet tal-għoli tal-ħajja;

  • jinħoloq Fond Nazzjonali b’budget annwali li jappoġġja lill-industrija li timporta jew tesporta, biex jagħmel tajjeb għall-impatt tal-għoli tal-ħajja.


Fl-aħħar nett, il-Partit Nazzjonalista jagħmel appell qawwi u sinċier lil Gvern biex irazzan bis-serjetà l-ifangar u l-ħniżrijiet ta’ diversi minn dawk tal-qalba li qegħdin jirċievu eluf u eluf ta’ ewro. Dawn qegħdin jittieħdu minn ħalq iċ-ċittadini tagħna.


Huwa tassew skandlu li ma tgħaddix ġimgħa waħda li ma nisimigħux min qiegħed jiffanga minn fuq dar il-poplu. Ma tgħaddix ġimgħa fejn ma nisimgħux li l-Gvern qiegħed jagħti miljuni ta’ ewro lil individwi jew kumpaniji privata, filwaqt li jgħid li ma hemmx flus biżżejjed biex jingħataw lil min verament għandu bżonn.


Eżempju wieħed ta’ dan huwa li filwaqt li kumpanija tal-films li kienet qed taħdem fuq film ġiet mogħtija €47 miljun – din iċ-ċifra hija akbar meta tara għotjiet oħra. Fil-fatt, il-Gvern ta madwar €143 miljun oħra lil diversi kumpanji oħrajn. Filwaqt li nifhem li huwa tajjeb li l-Gvern jagħti inċentivi biex kumpaniji jiġu jaħdmu l-films f’Malta u żgur li dawn iħallu forma ta’ qliegħ lil pajjizi, imma nistaqsi: ‘Minn €143 miljun li l-Gvern ta lil dawn il-kumpaniji, kemm daħħal il-pajjiż. X’ħa l-pajjiż? Hija mistoqsija sempliċi. Diversi kienu dawk li kkummentaw li diversi miljuni li ngħataw mit-taxxi tagħna, spiċċaw propju mhux biss barra minn Malta imma fil-but ta’ miljunarji! Hekk sew. Mela xi artist jispiċċa fis-sakra minn fuq darna filwaqt li Mary, Xandru u Peppi mejtin għal qatra, u jridu jitgħalbu lil Community Chest Fund biex ikollhom min iħallsilhom għal chemo therapy jew terapiji oħrajn għaliex il-Gvern ta’ Robert Abela ma għandhux flus għalihom!!!


Dan mhux biss huwa skandlu imma nġustizzja soċjali.


Tama u viżjoni ġdida mill-PN


Il-Partit Nazzjonalista qiegħed iwassal tama u viżjoni ġdida. Jalla l-poplu Malti jagħtina l-fiduċja biex nerġgħu mmexxu l-Malta biex tqum fuq saqajha.


Għamilna dan fil-passat, u lesti biex nerġgħu nagħmluh.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 28 t' Awwissu, 2023)

7 views

Comments


BACK
bottom of page