top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

Irridu l-għasses miftuħa

Irridu l-għasses miftuħa

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida? Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA...

09/10/24

Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Nagħżel il-ħajja

Quddiem il-ħajja għandu jkun hemm politika li tagħżel il-ħajja f'kull ħin.



Ħajjitna hija magħmula minn ħafna għażliet. Xi wħud minn dawn l-għażliet huma żgħar. Oħrajn huma kbar. Hemm għażliet li rrid nagħmel kuljum mal-ġurnata, bħal liema qmis se nilbes. Hemm ukoll għażliet aktar importanti, bħal liema karriera se naqbad. F’kull għażla, kbira jew żgħira, irrid nerfa’ r-responsabbiltà ta’ dik l-għażla li nkun għażilt. Nifhem li kull għażla ġġorr magħha konsegwenzi, xi wħud żgħar waqt li oħrajn akbar u li jistgħu jeffettaw il-vjaġġ ta’ ħajti.

Imma filwaqt li f’ħajjitna hemm dawn l-għażliet, hemm għażla waħda li hija fundamentali u li ironikament ma konniex aħna li ddeċidejna dwarha! Din hija meta l-ġenituri tagħna għażlu li jagħtuna l-opportunit. tal-ħajja. Mhux hekk biss. Ommijietna għażlu li jġorru din l-għażla sal-milja tagħha. Dan ifisser li l-ġenituri tagħna għażlu għalina li jagħtuna l-ħajja. Ma konniex aħna li għażilna l-ħajja. Wieħed jista’ jgħid li kienet proprju l-ħajja, permezz tal-ġenituri tagħna, li għażlitna!

Dan huwa l-akbar rigal u don li rċevejna. Kulma aħna u kulma għandna matul dan il-vjaġġ tal-ħajja huwa mibni fuq dan il-punt fundamentali. Ma kontx inkun jien, b’dak kollu li jagħmilni jien, jekk ma ġejtx mogħti din l-opportunità tal-ħajja.

Imma għalkemm ma għażilniex aħna li nitwieldu nagħmlu tajjeb li niftakru li issa jiddependi minna lkoll jekk din il-ħajja li rċevejna ngħixuhiex fil-milja tagħha jew le. Għalkemm ħajjitna kienet rigal, il-mod kif se nagħżlu li ngħixu dan ir-rigal, dan se jkun ‘ir-rigal tagħna’ lejn l-istess ħajja. Issa jiddependi minni jekk nagħmilx din il-ħajja storja ta’ suċċess jew waħda ta’ falliment. Issa jiddependi minni jekk naħtafx din l-opportunità li NGĦIX jew inkella li NEŻISTI. Issa jiddependi minni jekk induqx mill-benna tal-ħajja jew le. Issa jiddependi minna jekk inkunux ambaxxaturi tal-ħajja jew le.

Għaliex qiegħed ngħid dan kollu? Qiegħed ngħid dan għax kif wieħed jista’ jixtarr, id-diskors fuq l-għażla tal-abort daħal sew fostna. Min għandu l-għan li jdaħħal l-abort, jaf sew li jista’ jirbaħ is-simpatija biss billi jġib ‘raġunijiet’ bħalma smajna diġà– li wieħed għandu jkollu l-għażla li jtemm it-tqala, li fetu huwa biċċa laħam, f’każ ta’ vjolenza sesswali, li l-fetu huwa parti mill-ġisem tal-mara li għandha jkollha dritt fuq ġisimha, f’każ ta’ trabi diżabbli (dan huwa insult kbir lil persuni diżabbli), fost argumenti oħra. U għaliex dawn l-ambaxxaturi għandhom warajhom ‘forzi ekonomiċi’, allura ċerti media u mezzi soċjali oħrajn qegħdin irewħu u jsemmgħu leħenhom bit-tama li jimlew ukoll buthom… l-aqwa żmien!

Personalment, nemmen li għalkemm ilkoll ngħixu f’soċjetà demokratika u allura għandhom dritt li juru l-opinjoni tagħhom, fl-istess waqt AĦNA għandna wkoll id-dritt (u ddmir) li nsemmgħu leħenna wkoll. Ma nistgħux nibqgħu donna aħna ‘ġbejniet’! Min huwa favur l-abort jinsa punt fundamentali kbir: li l-fetu huwa persuna indipendenti u b’dinjità umana. Jien nista’ ngħid li għandi 53 sena għax xi darba kont fetu. Għalkemm kbirt, twalt u issa niżen ’il fuq minn 80 kilo, xorta jien l-istess Albert meta kont fetu, 53 sena ilu! Jien dak li jien minħabba dak li kont!

Il-messaġġ tagħna ma għandux biss iwassal argumenti għaliex aħna kontra kull qtil tal-innoċenti u dwar il-konsegwenzi psikoloġiċi tal-abort imma nemmen li lmessaġġ tagħna għandu jkun aktar fuq is-sabiħ tal-ħajja.

Nemmen bis-sħiħ li l-messaġġ tagħna għandu jkun wieħed pożittiv li juri li l-ħajja, bit-tajjeb u bil-ħażin tagħha, hija sabiħa.

U għaliex nemmnu bis-sħiħ li l-ħajja hija sabiħa ma rridu nċaħħdu lil ħadd milli huwa wkoll jagħmel din l-esperjenza pożittiva tal-ħajja. U mhux hekk biss. Nemmen li lkoll kemm aħna msejħa biex matul ħajjitna nagħmlu l-ħajja daqsxejn aktar sabiħa milli sibnieha. Hekk għamel Mozart. Hekk għamel Michelangelo. Hekk għamel Nelson Mandela. Hekk għamlu tant nies oħrajn li fis-silenzju tal-ħajja għamlu ħwejjeġ kbar.

Kieku Mozart ma nagħatx din l-opportunit., kieku ma għandniex il-ġmiel tal-mużika li ħalla. Mingħajr Michelangelo ma kienx ikollna l-kapulavuri tal-arti. Mingħajr Nelson Mandela, l-Afrika t’Isfel ma kienx ikollha l-libert.! Mingħajr ilkontribut tagħna lkoll, id-dinja hija nieqsa mill-kuluri. L-abort iwaqqaf ħesrem din l-opportunit.. L-abort huwa ħela ta’ potenzjal uman.

Il-Partit Nazzjonalista huwa ċar daqs il-kristall f’din lgħażla. Adrian Delia tkellem b’determinazzjoni qawwija fuq l-abort. Ma beżax juri l-fehma tiegħu. Stqarr u wiegħed li l-Partit Nazzjonalista se jkun mhux biss il-vuċi ta’ dawk li ma għandhomx vuċi imma wkoll se jkun forza favur il-ħajja. Il-Partit Nazzjonalista jrid iwettaq politika favur il-ħajja u jagħti l-appoġġ lil dawk li forsi għandhom problemi fit-tqala tagħhom. Għalkemm il-Partit Laburista u l-Mexxej Laburista stqarrew li mhumiex kontra l-abort ukoll, l-esperjenza turi li mhux kulma jgħid Joseph Muscat, fir-realt. jseħħ. L-esperjenza turina li l-Gvern Laburista jekk ma jidħolx millbieb, jidħol mit-tieqa.

F’dawn l-aħħar xhur fil-Parlament, il-Gvern Laburista neħħa kull referenza għal vjolenza domestika fuq it-tarbija fil-ġuf. L-istess eks-Ministru George Vella tkellem kontra din il-mossa politika. Jidher li bil-mod il-mod, il-Gvern Laburista qiegħed idgħajjef ċerti liġijiet u qed jipprepara t-triq. Iddiskors tal-Ministru Helena Dalli li nkixfet tgħid dan l-aħħar ċertu diskors, juri kif il-Partit Laburista daħaq bil-poplu fuq l-intenzjonijiet veri tiegħu meta ried idaħħal miżuri soċjali oħra.

Għalkemm fuq din il-miżura partikolari, illum hemm qbil minn kulħadd, fuq l-introduzzjoni tal-abort tajjeb li l-Gvern ikun onest, ċar u jpoġġi l-karti kollha fuq il-mejda kif għamel il-Partit Nazzjonalista.

Mal-valur tal-ħajja ma għandux ikun hemm logħob. Malvalur tal-ħajja ma għandux ikun hemm politika partiġjana. Quddiem il-ħajja għandu jkun hemm politika li tagħżel ilħajja f’kull ħin.

Jien nagħżel il-ħajja, dejjem u f’kull waqt.

U inti?


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 25 ta' Marzu, 2018)

3 views

Comments

Couldn’t Load Comments
It looks like there was a technical problem. Try reconnecting or refreshing the page.
BACK
bottom of page