top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

Irridu l-għasses miftuħa

Irridu l-għasses miftuħa

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida? Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA...

09/10/24

Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Out of point

Il-problema issa ma għadiex jisimha Konrad Mizzi jew Keith Schembri. Bit-tgħawwiġ tal-verità, din il-problema bdiet tissejjaħ Joseph Muscat.



Meta kont daqsxejn ta’ tfajjel, fil-primarja, l-għalliema mhux l-ewwel darba li kienet tagħtina biex niktbu xi komponiment fuq xi tema jew oħra. Ta’ tfajjel li kont, mhux lewwel darba li ma żammejtx mas-suġġett magħżul mill-għalliema. Kont nispiċċa nikteb fuq xi suġġett li ma kellu x’jaqsam xejn mat-tema magħżula. L-għalliema mbagħad kienet tagħtini l-pitazz lura u tikteb b’ittri kbar li kont out of point – ħriġt barra mis-suġġett magħżul!

Nhar it-Tnejn kienu diversi dawk li segwew il-maratona ta’ diskussjoni mill-Parlament fuq il-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni. Kienet maratona ta’ 13-il siegħa ta’ diskussjoni. Kienet mozzjoni dwar vot ta’ sfiduċja fil-Gvern ta’ Joseph Muscat. Din il-mozzjoni ta’ sfiduċja ma kinitx waħda b’kapriċċ. Din il-mozzjoni ma kinitx biss minħabba l-iskandlu tal-kontijiet sigrieti li nkixfu li għandhom il-Ministru Mizzi u Keith Schembri, imma kienet ukoll dwar kif il-Prim Ministru, wara tmien ġimgħat sħaħ, għadu ma ħa l-ebda azzjoni. Għal diversi drabi l-Prim Ministru stqarr li se jieħu azzjoni imma s’issa għadu ma ħa l-ebda pass! Dan jistona bil-kbir ma’ pajjiżi oħrajn (anke fejn id-demokrazija mhix daqshekk b’saħħitha) hekk kif dawn ħadu azzjoni mill-ewwel.

Għalhekk, il-mozzjoni ta’ sfiduċja kienet minħabba li Joseph Muscat, bħala Prim Ministru, minflok kien is-soluzzjoni billi talab ir-riżenja tagħhom, spiċċa biex ikun parti minn din ilproblema. Il-problema issa ma għadhiex jisimha Konrad Mizzi jew Keith Schembri.

Bin-nuqqas ta’ azzjoni, tkaxkir tas-saqajn u tgħawwiġ talverit., din il-problema issa bdiet tissejjaħ Joseph Muscat. Esponenti fl-istess Partit Laburista stqarrew dan. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista b’sens qawwi ta’ dover lejn l-interess ta’ pajjiżna ħass li l-pożizzjoni ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru ma kinitx aktar tenibbli. Għaldaqstant, ilmozzjoni ta’ sfiduċja kienet dwar in-nuqqas ta’ azzjoni tal- Prim Ministru u dell tqil ta’ korruzzjoni li ntefa’ fuqu u fuq it-tmexxija tal-Gvern tiegħu. Il-Partit Nazzjonalista ma riedx li jkun hemm elezzjoni bikrija. Il-Gvern għandu mandat ċar ta’ tmexxija. Simon Busuttil kien ċar fuq dan. L-għan tal-mozzjoni kien wieħed. B’dawn l-aħħar żviluppi fuq l-iskandlu Panama Papers, Joseph Muscat tilef kull awtorità morali li jmexxi lil dan il-pajjiż. Għaldaqstant, Joseph Muscat għandu jwarrab. “Barra!”, kienet l-għajta tal-poplu miġbur quddiem Kastilja.

Permezz ta’ din il-mozzjoni ta’ sfiduċja, il-Partit Nazzjonalista wassal din l-għajta fil-Parlament.

Għalkemm il-kelliema Nazzjonalisti kienu kollha ċari fuq dan il-punt u, kif jgħidu bl-Ingliż, to the point, ma jistax jingħad l-istess għall-kelliema Laburisti. L-ebda kelliem Laburista ma kellu d-diċenza jitkellem ċar fuq l-skandlu tal-Pananama, l-immoralità ta’ min fetaħ dawn il-kontijiet, l-inġustizzja soċjali ta’ min jevita l-ħlas tat-taxxa, il-pjaga tal-ħasil tal-flus, fuq il-ħtieġa li jkun hawn moralità fiskali, il-ħsara kbira fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji tagħna, id-dell ikrah li ntefa’ fuq pajjiżna u fuq in-nuqqas ta’ tmexxija għaqlija tal-Prim Ministru.

Mhux hekk biss. Il-kelliema Laburisti spiċċaw fl-eloġju ta’ tifħir personali lil Joseph Muscat. Forsi l-kelliema Laburisti ħassew il-bżonn li jinċensaw kemm jifilħu lil Joseph Muscat għax mill-aħħar stħarriġ pubbliku jidher li dan tilef drastikament il-fiduċja tal-poplu? L-intervent tal-Prim Ministru kien qasir u aggressiv, u jikxef persuna li tinsab daharha mal-ħajt.

Min-naħa l-oħra, l-intervent ta’ Simon Busuttil kien ċar. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, għal min iħobb l-onestà u l-integrità, Simon Busuttil aktar qiegħed joħroġ bħala mexxej alternattiv. Tkellem b’sens qawwi ta’ awtorità morali. Ġab argument wara ieħor biex iwassal messaġġ li l-Gvern ta’ Joseph Muscat mhux biss tilef l-awtorità morali imma jinsab fi state of denial jiġifieri meta wieħed ikun qiegħed fi stat li jiċħad ir-realtà tiegħu stess u tant il-persuna tkun qed tiċħad li tispiċċa temmen lilha nnifisha!

Il-Gvern Laburista rebaħ il-vot ta’ fiduċja kif mistenni. Imma tajjeb ngħidu li dan il-Gvern rebaħ dan il-vot b’maġġoranza ta’ siġġijiet li ma għadhiex riflessa fl-opinjoni pubblika! Il-maġġoranza li għandu fil-Parlament ma għadhiex teżisti fir-realtà. Għalkemm il-Gvern rebaħ il-vot, kompla tilef voti u l-fiduċja ta’ dawk il-persuni onesti li jaħdmu u jħallsu t-taxxi sal-aħħar ċenteżmu ta’ ewro.

Il-Partit Nazzjonalista, bil-vot tiegħu kien mill-ġdid fuq in-naħa t-tajba tal-istorja.

Il-Partit Laburista, bil-vot tiegħu jinsab out of point malpoplu Malti u Għawdxi onest.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 24 ta' April, 2016)

2 views

Comments


BACK
bottom of page