top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2025 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Mhux kull ma jleqq

Mhux kull ma jleqq

Ir-realtà turi li f’pajjiżna ma hawnx transparenza, meritokrazija, akkontabbiltà u mgħarrqa fil-korruzzjoni! L-aħħar rapport tal-World...

14/04/25

Paul Cremona: humble servant

Paul Cremona: humble servant

Although chosen to be an archbishop, he remained a humble and faithful servant of the Gospel. Are there two sets of clergy: the...

28/03/25

Ministru, kif torqod billejl?

Ministru, kif torqod billejl?

“Qed nagħmel din il-mistoqsija f’kuntest mhux biss ta’ diskussjoni politika imma anke għax dan l-aħħar il-Ministru ġie kkritikat ħafna.”...

19/03/25

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Politika tal-gaffa?

  • manuelschembri
  • Jan 16, 2023
  • 4 min read

Il-maturità politika titlob li npoġġu bilqiegħda madwar mejda u ma nqumux minnha sakemm ma naqblu.


Credit: Paul Mendoza / Shutterstock.com

Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed jidher ċar li l-ewwel Repubblika tinsab fi kriżi. Għalkemm matul din il-mixja demokratika kellna diversi mumenti diffiċli, nemmen bis-sħiħ li ninsabu mexjin f’direzzjoni ta’ dgħjufija instituzzjonali.


Għalfejn qed ngħid dan?


Ngħid dan mhux BISS għaliex il-korruzzjoni, in-nepotiżmu u l-klientaliżmu saru n-norma u mhux l-eċċezzjoni li wassalu għal kultura ta’ impunità instituzzjonata. Mhux għaliex il-‘ftit’ tal-qalba qed jitħanżru u jiffangaw. Lanqas għaliex ir-rakkomadazzjonijiet li ħarġu fir-rapport tal-inkjetsta tal-qtil brutali ta’ Daphne Caruna Galizia għadhom fuq l-ixkafa. U lanqas mhu qed ngħid dan għaliex Malta saret ‘one big constrution site’, bl-ambjent irvinat.

IMMA – u hawn qeghdħa l-IMMA kollha – għaliex iċ-ċittadini komuni – Marija, Pawlu u Philip – tilfgħu fiduċja fl-istituzzjonijiet u fil-klassi politika.

Jidher ċar li diversi huma dawk iċ-ċittadini li qattgħu qalbhom minnha. Ma jridux jisimgħu aktar bil-politika u bil-politiċi. L-apatija u l-indifferenza qed theżżeż id-demokrazija tagħna. Għalihom aħna ngħidu u nwiegħdu mod biex imbagħad nagħmlu mod ieħor!

Konferma ta’ dan huwa l-fatt li fl-aħħar elezzjoni ġenerali madwar 60,000 ma vvutawx. Għalkemm wieħed jista’ jgħid li xorta f’pajjiżna hemm aktar parteċipazzjoni minn pajjiżi oħra, ejjew ma nagħmlux bħal ostrich.


Għaliex hemm din l-isfiduċja?


Għalkemm ir-raġunijiet li semmejt fil-bidu huma validissmi, IMMA nħoss li dan in-nuqqas ta’ fiduċja forsi ġej mill-fatt bażiku li aħna l-politiċi m’aħniex ngħixu u nkunu dak li suppost li ngħixu u li nkunu? Nistaqsi.

Għal diversi drabi nisimgħu politiċi – passati u preżenti – li daħlu fil-politika mhux biex iservu imma biex jisservew bil-politika, jagħmlu karriera minn fuq dar il-poplu u spiċċaw ħamġu l-politika.

Poltiċi b’sens qawwi ta’ entitlement li jagħmlu li jridu. Allaħares xi ħadd ikellimhom. Dan kollu frott il-kultura ta’ impunità li nżergħet.

Għal diversi drabi, Marija rat politiċi jużaw l-awtorità biex iħaxxnu buthom u dawk ta’ madwarhom. Spiċċaw jagħtu impiegi/karigi fantażmi lil ħbiebhom, ispalparjaw flejjes f’kunsulenzi, allowances, direct orders, overtime, safar u jagħtu permessi dubjużi. Kull gimgħa Marija tisma’ b’rapport wieħed wara ieħor mill-Awditur dwar irregulariet fit-tmexxija ta’ diversi Ministeri u Dipartimenti.

Minn naħa l-oħra, Pawlu jara lil Ministri b’attitudni ta’ arroganza u b’politiċi li fetħu kontijiet f’banek barranin biex jevitaw it-taxxa. Minn naħa l-oħra, Philip saħansitra sema’ b’politiċi jitħabbu ma’ persuni b’dellijiet kriminali u negozjanti saggisuni.

Propju minħabba dan li għidt u elenkajt li għandha bżonn b’mod l-aktar urġenti li jkollna bis-serjetà Kummissarju għall-Istandards! Preżentament fil-Parlament qegħdin niddiskutu dan u abbozz ta’ liġi mill-Prim Ministru biex dan il-Kummissarju ma jibqax jingħażel bi ftehim ma’ l-Oppożżjoni.


Jekk iridu nerġgħu niġbru ġieħna u l-fiduċja ta’ dawk li tilfu l-fiduċja minħabba l-ħniżrijiet li saru/qed isiru, hemm bżonn li jkollna Kummissarju ta’ vera, li mill-ġdid jgħolli l-istandards fil-ħajja u ammistrazzjoni pubblika. Id-demokrazija titlob li jkollna Kummissajru ta’ stoffa, sod biżżejjed li jsaħħaħ il-valuri u l-akkontabbiltà politika meħtieġa. Xi ġadd li jkun assertiv biżżejjed li kapaċi jieqaf lil Ministru jew deptuat u saħansitra lil PM, hu min hu fil-kariga.

Fil-qosor: Xi ħadd li mhux kollox jgħodd u mhux kollox jgħaddi.

Għaldaqstant, nemmen li hija opportunità mitlufa li flok qegħdin naraw kif ser insaħħu dan l-uffiċċju u nagħmluh aktar kredibbli u assertiv – billi jekk hemm bżonn din il-kariga tkun kariga kostizzjonali biex b’hekk il-Kummissarju jagħmel xogħolu mingħajr biża’ u favuri lejn wiċċ ħadd – spiċċajna nitkellmu biex dan il-Kummissjaru ser jispiċċa jkollu fiduċja ta’ naħa waħda u allura b’konsegwenza tiddgħajjef l-awtorità ta’ l-istess uffiċċju!

Dan mhux biss ser jkompli jkabbar l-isfiduċja taċ-ċittadini tagħna, imma wkoll ser jikkonferma li aħna donnha kelb u qattus li ma nistgħux naqblu ma’ xulxin!

Nemmen li ċ-ċittadini għejjejnihom nagħmlu din il-politika tal-konfronti.

Possibbli ma nistgħux naqblu, aktar u aktar meta PN – kif inhuwa dritt/dmir tiegħu – ippropona diversi ismijiet li għandhom il-fiduċja ta’ kulħadd? Possibbli ma nistgħux insibu persuna waħda f’Malta minn nofs miljun ruħ? Kif fl-imgħoddi kien hemm qbil fuq materji oħra, għala din l-attitudni ta’ trenċeja?

Il-PL tela’ bl-għajta li ‘tista’ ma taqbilx magħna imma taħdem magħna’. Jidher li dan kien kollu bżar fl-għajnejn. Is-slogan tal-Gvern attwali donnu sar ‘trid taqbel magħna biex taħdem magħna!


Għaliex il-PM jimbotta l-politka tal-gaffa?


Forsi qed jibza’ li tant hemm stejjer ta’ korruzzjoni, li jrid li jkollox jibqa’ mistur? Forsi l-istil tat-tmexxija tiegħu huwa wieħed ta’ gaffa – kif rajna fuq kwistjoni oħra tal-abort, li akkost li l-maġġoranza hija kontra, xorta ser jibqa’ jwebbes rasu? Għandha PM b’ras tal-ġebel li jekk xi ħadd jiqaflu, jispiċċa jbiddel ir-regoli biex jirbaħ dejjem.

Jew forsi il-PM għandu l-intenzjoni li jdgħajjef din il-kariga? Nistaqsi.

Nhar il-Ħadd li għadda, il-ġurnalist Matthew Vella fil-ħarġa tal-MaltaToday għamel osservazjonijiet serjissimi. Kiteb li l-Gvern irid bil-forza kollha din il-persuna għaliex jidher li din il-persuna ma tqattax il-blat u, skont Matthew, dan bħal donnu għandu d-drawwa li jkaxkar saqajh. Allura, skont dan l-artiklu, dan l-uffiċċju ser jispiċċa jitmewwet biex ma jibqax xewka f’dahar il-gvern?

Dan ifisser li l-PM lest idgħajjef dan l-uffiċċju biex jgħatti xtutu?

Il-maturità politika titlob li npoġġu bilqiegħdha madwar mejda u ma nqumx minnha sakemm ma naqblu.

B’hekk insaħħu d-demokrazija u mbux bil-politka tal-gaffa.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 16 ta' Jannar, 2023)

BACK
bottom of page