top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

Irridu l-għasses miftuħa

Irridu l-għasses miftuħa

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida? Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA...

09/10/24

Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Proposti: 'housing' soċjali

Il-Partit Laburista għalkemm kien jiftaħar li għandu roadmap għall-housing u kien dejjem jikkritika lill-Gvern Nazzjonalista, spiċċa li wara erba' snin lanqas kellu l-ħila mhux biss jibni appartament wieħed biss, imma lanqas ħareġ skema waħda.



Din l-elezzjoni ġeneralimhix elezzjoni normali. Din lelezzjoni bikrija qiegħda tissejjaħ għax Joseph Muscat, sena qabel ma spiċċa t-terminu tiegħu, qiegħed jaħseb li jista’ jgħatti x-xemx bl-għarbiel. Din l-elezzjoni qiegħda tissejjaħ minħabba t-tsunami sħiħ ta’korruzzjoni li qiegħed jiffaċċja dan il-Gvern.

S’issa l-PN diġà ħareġ diversi proposti li jolqtu mill-qrib lin-nies. Dawn il-proposti huma frott diversi dokumenti li l-Partit ħareġ matul dawn l-aħħar erba’ snin.

Il-Partit Laburista għalkemm qabel l-elezzjoni kien jiftaħar li għandu roadmap għall-housing u kien dejjem jikkritika lill-Gvern Nazzjonalista, spiċċa li wara erba’ snin lanqas kellu l-ħila mhux biss jibni appartament wieħed biss, imma lanqas ħareġ skema waħda. Fost dawn il-proposti hemm proposti għal dawk li qegħdin filbżonn ta’ akkomodazzjoni soċjali. Fid-dawl tal-fatt li għal ċertu żmien kont Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar u kont imdaħħal ukoll fit-tfassil ta’dawn il-proposti, nixtieq naqsam fil-qosor dawn il-proposti. Dawn huma:

1. Inwettqu proġetti ġodda ta’ housing soċjali Gvern ġdid Nazzjonalista se jibda minnufih programm ta’ bini ta’ appartamenti ġodda tal-Gvern għal familji u koppji żgħażagħ. Il-PN jara li jinvolvi lill-privat f’dawn il-proġetti, anki permezz ta’Private Public Partnerships.

2. Inreġġgħu lura ż-żieda fuq il-kera Il-PN qiegħed jintrabat li jreġġa’ lura ż-żieda fuq il-kera tal-housing soċjali. Din hija waħda mill-miżuri antisoċjali li daħħal Joseph Muscat.

3. Nikru mill-privat għas-social housing Taħt Gvern ġdid Nazzjonalista, l-Awtorità tad-Djar terġa’ tibda tikri mingħand il-privat sabiex tkun tista’ tagħti b’sussidju akkomodazzjoni soċjali lil min verament għandu bżonn. Matul il-Gvern Nazzjonalista kien hemm skema msejħa Skema Kiri, u madwar 600 appartament kienu nkrew mill-privat u ngħataw b’sussidju qawwi lil persuni fuq il-lista tal-housing.

4. Inżidu s-sussidju għal min jikri mill-privat Il-Gvern Nazzjonalista jirrevedi l-iskema tas-sussidju tal-kera biex aktar persuni jibbenefikaw minn sussidju, u sussidju ġust.

5. Nieħdu ħsieb l-anzjani f’riskju li jispiċċaw bla saqaf Kategorija ta’ nies, b’mod speċjali anzjani, li minħabba deċiżjonijiet reċenti tal-Qorti Kostituzzjonali, jinsabu f’riskju li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom se jingħataw l-għajnuna.

6. Nagħtu sussidju fuq l-interessi tal-loan tad-dar Gvern ġdid Nazzjonalista se jintroduċi skema innovattiva ta’ sussidju jew tax credit fuq l-interessi tal-loan tad-dar. B’hekk, il-Gvern jissussidja l-interessi li l-koppji jħallsu fuq il-loan tal-ewwel dar tagħhom permezz ta’ sussidju dirett jew tnaqqis ta’ taxxa fil-forma ta’ tax credit skont id-dħul tagħhom.

7. Neżentaw mit-taxxa l-kera meta post jinkera lil xi ħadd li għandu bżonn housing Gvern ġdid Nazzjonalista se jeżenta lil dawk li jikru post, kif ukoll lil min qiegħed fuq il-lista jistenna housing, mill-income tax fuq id-dħul minn kera. Dan isir bil-kundizzjoni li l-kera tiġi ffissata fuq perjodu ta’ żmien ta’għaxar snin.

8. Inħallsu lil min itteħditlu l-art tiegħu fil-passat Simon Busuttil stqarr li wasal iż-żmien li jiġu indirizzati dawk ilpersuni li għadhom jistennew kumpens mill-Gvern fuq proprjetà. Huwa qal li Gvern immexxi minnu se jara li l-profitti magħmula mill-Awtorità tal-Artijiet jiġu riservati biex jintużaw biss biex jitħallas min itteħditlu l-art fil-passat u għadu sal-lum ma ngħatax kumpens.

9. Inċentiv għall-first time buyers għaż-żgħażagħ Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li Gvern ġdid se jżomm l-inċentiv preżenti għall-first time buyers ta’ eżenzjoni mit-taxxa sal-valur ta’ €150,000 iżda se jestendiha wkoll għal persuni li jkunu għadhom kif isseparaw jew iddivorzjaw u li għandhom bżonn jixtru proprjetà oħra fejn joqogħdu.

10. Għajnuna lill-NGOs li jipprovdu servizz għall-homeless Gvern ġdid Nazzjonalista huwa impenjat li jsostni b’mod konkret lill-NGOs li jipprovdu servizz lill-homeless b’diversi miżuri fosthom għajnuna finanzjarja, sussidji, tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u ilma u billi jiżdiedu b’mod xieraq is-servizzi ta’ social u community workers.

Dawn huma proposti serji. Dawn huma proposti li juru li l-PN għandu mhux biss għal qalbu l-interess tan-nies imma qiegħed iħoss il-polz taċ-ċittadini. Għalhekk jien se nagħżel lil Malta.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 21 ta' Mejju, 2017)

2 views

Comentarios


BACK
bottom of page