top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Rosianne kellha raġun!

Filwaqt li l-Partit Laburista jilgħabha tal-eroj tal-ħaddiema u l-vulnerabbli, tal-qalba qegħdin jitħanżru u jiffangaw minn fuq dar il-poplu.


Credit: Shutterstock.com

Ilkoll qrajna dak li qalet Rosianne Cutajar, ex Deputata tal-Partit Laburista.


Meta din kienet għadha membru u qabel ma ntalbet biex tirriżenja bħala membru tal-Partit Laburista, Rosianne kienet daħlet f’komunikazzjoni ma’ Yorgen Fenech. Preżentament, Yorgen Fenech qiegħed allegatament ikunu akkuzat b’rabta mal-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Matul din il-konversazzjoni fuq WhatsApp, Rosianne infexxet tgħid li diversi membri tal-partit/gvern Laburista u dawk ta’ madwarhom kienu qegħdin jitħanżru billi jiffangaw f’diversi impjiegi, postions of trust u li dawn kollha kienu qed jaqilgħuha tajjeb mill-flus pubbliċi.


Din il-ġimgħa li għaddiet ħarġet aħbar li jagħti raġun lil Rosianne meta qalet li kulħadd qiegħed jitħanżer.


Għalkemm ilna nisimgħu b’diversi stejjer ta’ korruzzjoni u ta’ persuni qrib il-Labour li qegħdin jagħmlu dan, din il-ġimgħa ħarġet l-aħbar minn The Shift News – għadqa ta’ ġurnalisti independenti – li ċertu David Curmi, li preżentament huwa c-Chairman Eżekuttiv tal-Air Malta, qiegħed jitħallas €21,500 fix-xahar. Qrajt tajjeb! Ħareġ lis-Sur Curmi jitħallas €21,000 fix-xahar, barra xi perkiċċi u allowances oħra! Dan ifisser lis-Sur Curmi jaqla’ €258,000 fis-sena. Fid-dawl li dan il-kuntratt ta’ impjieg huwa għal tlett snin, dan ifisser li n-nefqa totali ser tkun ta’ €777,000, jiġifieri żewġ terzi ta’ miljun.


Għalkemm nifhem li ċertu rwoli ta’ ħidma jġorru magħhom salarji partikolari minħabba r-responsabbiltà li dawn ikollhom, inħoss li dan is-salarju huwa wieħed xokkanti, skandaluż u oxxen.


U ngħid għaliex ukoll.


Ministru li jonqos lill-Parlament


Għal diversi drabi, il-Ministru Clyde Caruana, Ministru tal-Finanzi, kien mitlub iwieġeb għal mistoqsijijiet parlamentari jekk is-Sur Curmi hux qiegħed jitħallas jew le, u jekk iva, kemm kienet il-paga tiegħu. Għal divesi drabi, il-Ministru ħarab milli jwieġeb. Fl-aħħar, permezz tad-dritt għal informazzjoni mitluba minn The Shift, ħareġ li dan mhux biss jitħallas imma jitħallas sew kull xahar!


Dan ifisser li l-Ministru naqas lil Parlament u żgwida lill-Kamra. Din hija aħbar xokkanti. Dan huwa insult lil-ogħla uffiċċju tad-demokrazija tagħna. Kien tajjeb għalhekk li l-PN talab lil kummissarju tal-Istandards biex jara dan il-ksur ta’ etika min naħa tal-Ministru. Mhux aċċettabli li membru tal-Kabinett jonqos li jgħid il-verità kollha lill-Parlament.


Salarju skandaluż


Filwaqt li nerġa’ ntenni li ċertu ħatriet iġorru salarji ġenerużi, imma wieħed irid jifhem li dan huwa chairman li fi kliemu stess, l-Air Malta kellha mismanagment ta’ fondi, kriżi ta’ numru ta’ ħaddiema u li kien hemm bżonn jitnaqqsu l-ispejjeż, fosthom pagi tal-ħaddiema! Fil-fatt, dan l-aħħar kien hemm diversi skemi ta’ rtirar kmieni biex ħaddiema jitilqu minn ma’ l-Air Malta! Mela, jekk l-Air Malta tinsab fi kriżi finanzjarja, kemm kien għaqli li wieħed jimpjega persuna b’dan is-salarju? Huwa ġust li filwaqt li diversi ħaddiema kellhom jitkeċċew bil-pulit, u dan sar anke bi spiża mill-fondi pubbliċi, is-Sur Curmi jkollu dan is-salarju ta’ €21,500 fix-xahar!


Min-naħa l-oħra, jekk wieħed jasal biex jaċċetta li s-Sur Curmi jitħallas dan l-ammont, nistenna li b’din il-paga allura jara li jsalva lil Air Malta! Jekk din hija l-paga li kellna nħallsu biex insalvaw il-kumpanija tal-arju, li tajjeb li ngħidu dak li qalu diversi, fosthom MHRA, li l-Air Malta hija neċessarja biex ikollna t-turisti fostna, allura kien hemm bżonn li nħallsu dan is-salarju. Imma ngħid jien, biex inħallsu dan is-salarju u nispiċċaw li l-Air Malta tingħalaq, allura dan mhux biss mhux aċċettabbli imma huwa flus fil-ħela!


Mela fil-passat kellna lil mara ta’ Konrad Mizzi li kienet taqla’ €13,000 fix-xahar u ma ġabet xejn lejn pajjiżna (u għandna ma nafux jekk din għadhiex taħdem/taqla’ din il-paga. Għalkemm għamilt mistoqsija parlamentari, s’issa għandi mingħajr risposta. Fid-dawl li l-Parlament jinsab sospiż għal vaganzi tas-sajf, allura rrid nistenna meta dan jerġa’ jiftaħ biex forsi ikolli risposta!), u issa għandha lis-Sur Curmi jpappiha sew!


Salarju oxxen


Mhux biss dan is-salarju huwa wieħed xokkanti imma wkoll oxxen fid-dawl li meta wieħed iqabbel dan ma’ dħul ma’ salarji ta’ dawk ta’ diversi ċittadini Maltin. Tajjeb li ngħid li filwaqt lis-Sur Curmi jaqla’ €21,500 fix-XAHAR, hawn diversi li dan is-salarju ma jaqilgħuhx f’sena waħda biss! U dan mhux qiegħed ngħidu għal unskilled workers imma anke għal numru ta’ professjonisti, fosthom għalliema! Hawn għalliema li lanqas dan l-ammont ma jaqilgħu f’idejhom f’sena!


Mhux hekk biss. Hawn kważi 100,000 ċittadini Maltin li f’sena ma jaqilgħux ’il fuq minn €10,000 fis-sena! Fil-fatt, wieħed minn kull tlett anżjani jinsabu fil-faqar jew f’riskju ta’ faqar. Wieħed minn kull ħames ċittadini Maltin li huma fl-istess baħar! Dan qed iwassal għal diversi li jkollhom livell ta’ għajxien baxx.


Dan joħroġ mhux biss l-inġustizzja u l-inegwaljanza soċjali f’pajjiżna, imma joħroġ l-ipokreżija tal-Partit Laburista.


Filwaqt li l-Partit Laburista jilgħabha tal-eroj tal-ħaddiema u l-vulernabbli, dawk tal-qalba qegħdin jitħanżru u jiffangaw minn fuq dar il-poplu.


Għal darba, Rosianne kellha raġun!!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 6 t' Awwissu, 2023)

144 views

Comments


BACK
bottom of page