top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Is Malta being governed by proxy?

Is Malta being governed by proxy?

Is Robert Abela truly in the driver’s seat? Is it he who calls the shots? PL resembles a massage parlour rubbing inflated egos. Robert...

04/11/24

Gvern Laburista seftur?

Gvern Laburista seftur?

Kull gvern demokratiku jiġi magħżul biex iservi l-ġid komuni. Il-ġid komuni jfisser li dak li jiġi deċiż huwa fl-interess tal-poplu...

27/10/24

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Shalom Iżrael, Salam Gaza

Il-vjolenza twelled il-vjolenza. Il-vjolenza qatt ma ġabet paċi.


Credit: Shutterstock

Fl-ewwel aġġoranment tiegħi fil-Parlament għal din is-sena l-ġdida, fejn kull deputat ta’ naħa jew oħra, jistgħu jitkellmu fuq liema suġġett li jridu, jiena ħassejt ir-responsabbiltà fil-kuxjenza li nitkellem fuq il-paċi. Għalija, is-silenzju huwa forma oħra ta’ kompliċità.


Bħala deputati hija r-responsabbiltà tagħna li nkunu bennejja, ambaxxaturi u strumenti ta’ paċi, aktar u aktar meta f’diversi postijiet hemm nuqqas ta’ paċi.


Allura ma nistax ma nitkellimx fuq il-qagħdha mwera li bħalissa qed iseħħ bejn l-Iżrael u l-Palestina, b’mod partikolari f’Gaza, bil-periku li dan l-inkwiet infirex f’artijiet oħra. Fil-fatt, f’dawn l-aħħar jiem kien hemm diversi attakki oħra f’positjiet oħra. Donnu li hemm min għandu nteress li din il-kwistjoni tkompli tinfirex ma’ positjiet oħra.


Mingħajr tlaqliq nistqarr li l-massakru tal-poplu Palestinjan f’Gaza mhuwiex aċċettabli għal kull min jirrispeta d-dinjità umana.


Xi ħadd forsi jgħidli: ‘Malta hija pajjiż newtrali, mhux affari tagħna’.


Min jgħid dan mhux biss jara biss sal-ponta ta’ mnieħru u jinsa li dan il-ġlied iħalli mpatt anke fuqna wkoll, speċjalment jista’ jwassal għal prodotti tal-ikel aktar għoljin IMMA n-newtralità tagħna ma tfissirx li nibqgħu ċassi quddiem il-ħazin, ma jfissirx li nagħlqu għajnejna quddiem dak li mhux sewwa u lanqas ma jfissir li ndawwru wiċċna quddiem dawn l-attroċitajiet li seħħu u qed jisseħħu.


Kif stqarr l-istess President George Vella, fl-aħħar diskors tiegħu f’Jum ir-Republika, meta tkellem fuq din it-traġedja: ‘Iż-żejjed kollu żejjed’, hekk ntenni jiena wkoll.


Ma għandi l-ebda problema nistqarr liż-żewġ naħat wettqu krimini tal-gwerrer fejn persuni innoċenti fuq iż-żewġ naħat ħalsu preżż b’ħajjithom.


Għaldaqsant, kif nikkundanna bla riserva l-attakk terroristiku mill-Ħamas li sar f’Ottubru tas-sena l-oħra (kif għamel ukoll dan il-Parlament), fejn mhux aċċettabli li persuni jinqatlu waqt li qed jiddevertu jew inkella waqt li huma miġbura ma’ wliedhom f’darhom IMMA bl-istess determinazzjoni nikkundana l-carpet bombing u l-massakru li qed iseħħ ġewwa Gaza.


Jekk 1,200 persuna f’Iżrael kienu brutalment maqtula u oħrajn ittieħdu priġunieri, kif nistgħu naċċettaw li jinqatlu ’l fuq minn 22,000 persuna, fosthom tfal u nisa innoċċenti?


Att terroristiku wieħed ma jiġġustifikax att terroristiku ieħor.


Jekk irridu nkunu konsistenti u kreddibli, ma nisgħtux naqħlqu għajnejja għal dan il-kalvarju tall-ġenoċidju.


Filwaqt li ngħaraf li Iżrael kellu/għandu dritt li jipproteġi lilu nnifsu, imma dan id-dritt ma jagħtihx liċenzja li jeqred pajjiż sħiħ.


Meta fil-passat il-grupp terroristiku IRA f’Irlanda kien wettaq att terroristiku, il-Gvernijiet Ingliżi ma kienux jibumbardaw Belfast kollu u joqtol eluf ta’ tfal u nisa innoċenti.


Sfortutament b’dan il-massakru, Iżrael qed jiżra żerriegħa għal aktar attakki futuri. Dawk it-tfal/żgħażagħ li huma trawmatizzati bil-mewt tal-għeżież tagħhom, xi wħud ser jaħsbu li l-unika mod kif juru l-uġiegħ tagħhom huwa li jwettqu atti oħra ta’ vjolenza!


Il-vjolenza twelled il-vjolenza. Il-vjolenza qatt ma ġabet paċi.


Il-kwistjoni tad-drittjiet tal-Palestinjani għal art tagħhom ilha kwistjoni pendenti għal diversi snin. Bħal ma nagħmlu tajjeb li niftakru fl-attroċitajiet tal-waħx li għadda minnu l-poplu Lhudi matul it-tieni gwerra mondjali minn idejn in-Nażisti, tajjeb li napprezzaw li l-poplu Palestinjan qieqħed ibati minn dan il-kalvarju.


Għaldaqstant, wasal il-mument li l-komunità internazzjonali/Parlament Malti naħdmu biex iż-żewġ naħat jifhmu li l-unika triq – diffiċli kemm hija diffiċli – hija dik li jkun hemm ‘two state solution’. Hija ħasra li l-estremisti fuq iż-żewġ naħat mhumiex jifhmu li ma hemmx triq oħra.


Ningħaqad mal-President tagħna meta qal: ‘nagħmel it-talba sinċiera tiegħi biex min bħalissa għandu s-saħħa f’idejh, iwaqqaf il-massakru’.


Għaldaqstant, il-messaġġ tiegħi huwa għal waqfien mill-ġlied u favur il-paċi.


Għalkemm ikun hemm xi wħud li juri d-dubji tagħhom imma mingħajr paċi m’hawnx stabbiltà u mingħajr stabbiltà m’hemmx livell ta’ għajxien li jirrispetta d-dinjità umana.


Kull familja u kull persuna, ’l hinn minn razza, ilsien, reliġjon, orjentazzjoni sesswali u kulur tal-ġilda jistħoqlu jgħix fil-paċi.


Shalom Iżrael, Salam Gaza.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 21 ta' Jannar, 2024)

29 views
BACK
bottom of page