top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Sidien ta' darna

Meta nkunu sidien ta' darna, hemm diversi benefiċċji, fosthom li hemm aktar sens ta' stabbiltà u din l-istabbiltà tissarraf fi stabbiltà għall-pajjiż!


Credit: Shutterstock

Għalina l-Maltin, id-dar hija l-bejta tagħna. Forsi għalhekk aktar minn 82% minn huma sidien ta' djarhom. Dan is-suċċess ma waqax mis-sema imma kien sforz politiku. Qiegħed ngħid 'sforz politiku' għaliex il-gvernijiet, wieħed wara l-ieħor, ħadmu qatigħ biex proprju naslu biex 82% minna huma sidien ta' djarhom.


Skemi taħt gvernijiet Nazzjonalista


Tajjeb li niftakru li matul l-amministrazzjoni ta' Gvern Nazzjonalista:

  • Kellna skema msejħa Home Ownership Scheme (HOS) fejn diversoi plots kienu jingħataw bi prezz sussidjat biex diversi koppji żgħażagħ setgħu jibnu d-dar tagħhom.

  • Kellna skema 'Sir Sid ta' Darek' biex l-inkwilini fl-appartamenti/terraced houses tal-Gvern jinbiegħu bi prezz sussidjat. Diversi kellhom ukoll l-għażla 'Rent to Buy', waqt li jħallsu l-kirja dovuta, qegħdin jixtru l-appartament tagħhom.

  • Kellna wkoll ix-'Shared Equity', fejn il-first-time-buyers setgħu jixtru parti mid-dar u l-Gvern jixtri l-parti l-oħra biex wara huma setgħu jixtru l-parti tal-Gvern.

  • Skema oħra maġruġa mill-Awtorità tad-Djar kienet biex tħallas lura l-VAT fuq numru ta' xogħlijiet li jkunu saru fl-ewwel dar.

  • Kien hemm ukoll skema li titnaqqas it-taxxa tal-boll fejn ikun hemm bejgħ ta' appartamenti għal għan soċjali.


Kif wieħed jista' jinnota dawn l-iskemi kollha li semmejt kienu ta' għajnuna lil diversi koppji biex isiru sidien ta' darhom għall-ewwel darba.


Għaldaqstant, hija skorretta n-narrattiva tal-Gvern li jgħid li l-ewwel għajnuna li qatt ngħatat kienet meta fl-2017 il-Gvern kien ħareġ li jagħti €1,00 fis-sena għal 10 snin.


Għotja ta' €1,000


Għalkemm din l-għotja kienet/hija ta' għajnuna lil dawn il-koppji u żgur li dawn il-koppji sabu x'jagħmlu biha, imma li donnu l-Gvern qiegħed jonqos jinduna hija li din l-għotja waslet u qed tkompli twassal biex tkun waħda mir-raġunijiet li l-prezzijiet tal-proprjetà komplew jiżdiedu. Din l-għotja kompliet iżid l-inflazzjoni tal-prezzijiet. Għalkemm mhix ir-raġuni prinċipali (għaliex hemm diversi oħrajn), imma din hija waħda mir-raġunijiet.


Sfortunatament, numru ta' żviluppaturi/sidien tal-proprjeta rraġunaw li jekk il-Gvern kien ser jgħin lil koppji, allura riedu jbillu subgħajhom huma wkoll!


Għaldaqstant, filwaqt li dawk il-koppji li ħadu €1,000 fis-sena huma kuntenti u l-Gvern qed jiftaħar b'tant pompa b'din l-iskema, koppji futuri ser ikollhom iħallsu aktar għall-ewwel dar tagħhom!


Fil-qosor: il-Gvern mingħajr ma jaf, ġab il-ġebla fuq saqajn aktar koppji.


Dan kien ikkonfermat dan l-aħħar fi studju maħruġ mill-KPMG li proprju jgħid li l-propjetajiet żdiedu b'40%, jiġifieri 6% kull sena mill-2017 sal-lum. U dan huwa prprju meta bdiet tingħata din l-għotja.


Dan ir-rapport ta' KPMG jagħti diversi eżempji u kif kien tela' l-prezz tal-propjetajiet mill-2013 sal-lum. Pereżempju: skont dan l-istħarriġ, '2-bedroom apartment' fl-2013 kien €142,000, fl-2017 kien €200,000, u fl-2023 €280,000.


Dan qiegħed iwassal biex kategorija ta' koppji – imsejħa 'stretched class', jiġifieri mġebbda – għliex għandhom dħul stabbli u mhumiex lanqas fuq il-benefiċċji soċjali, ma jistgħux jixtru proprjeta!


Skema sussidju fuq l-interessi tas-self mill-bank


Quddiem din is-sitwazzjoni ta' prezzijiet tal-propjetajiet jogħlew, nerġa' nwassal proposta li terġa' tinfetaħ skema ta' sussidiju fuq l-interessi tal-loan li kienet ħarġet fl-2012 imma l-Gvern għalaq!


Nafu lkoll li l-koppji llum ma jistgħux jixtru mingħajr ma jieħdu loan mill-bank. Nafu lkoll li diversi koppji qiegħdin jissallbu mhux biss minħabba dan is-self imma wkoll minħabba l-interessi tal-bank. Din kienet skema tajba għaliex mingħajr wieħed imiss il-prezz tas-sidien, kienet tgħin lill-koppji fil-ħlas tal-interessi tas-self li fl-ewwel snin huma akbar. Minn naħa l-oħra, is-sidien ma kellhomx tentazzjoni li jżidu l-prezzijiet għaliex ma kellhomx x'jaqsmu fl-affari.


Skont il-workings ta' din l-iskema, is-sussidju offrut dakinhar kien iwassal mhux għal 10,000 imma saħansitra għal 14,000!


Filwaqt li l-għotja ta' €10,000 fis-sena tmur fuq il-kont tal-koppji u dawn jistgħu jagħmlu li jridu biha, is-sussidju skont din l-iskema jmur kull xahar biex jissussidja l-interessi ta' kull xahar! Kif jaf kulħadd, l-interessi fuq is-self jinħarġu kull xahar! Dan is-sussidju jagħmel differenza fuq l-ammont fix-xhur ta' wara!


Għaldaqstant, nerġa nagħmel dan l-appell biex il-Gvern ma jwebbisx rasu u jiftaħ din l-iskema proprju kif għamel ma diversi skemi oħra bħal 'Skema Kiri' u skema biex jittranġaw il-madwar tal-binjiet tal-Gvern! L-appell tiegħi huwa aktar urġenti fid-dawl li nafu li l-banek qegħdin jaħsbu bis-serjatà biex jgħollu l-interessi tas-self tagħhom!


Irridu pajjiż stabbli


Lil hinn minn battibekki politiċi, irridu lkoll nifhmu t-tensjoni, ansjetà u diffikultajiet li diversi koppji qegħdin ikollhom meta jippruvaw isiru sidien ta' darhom.


Ilkoll naqblu li meta nkunu sidien ta' darna, hemm diversi benefiċċji. Fosthom li hemm aktar sens ta' stabbiltà u din l-istabbiltà tissarraf fi stabbiltà għall-pajjiż!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 26 ta' Novembru, 2023)

2 views

Comments


BACK
bottom of page