top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Is Malta being governed by proxy?

Is Malta being governed by proxy?

Is Robert Abela truly in the driver’s seat? Is it he who calls the shots? PL resembles a massage parlour rubbing inflated egos. Robert...

04/11/24

Gvern Laburista seftur?

Gvern Laburista seftur?

Kull gvern demokratiku jiġi magħżul biex iservi l-ġid komuni. Il-ġid komuni jfisser li dak li jiġi deċiż huwa fl-interess tal-poplu...

27/10/24

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Sigurtà fil-post tax-xogħol

Huwa fl-interess tal-Istat li jara li ma jkunx huwa l-kawża ta’ persuni oħra li jkollhom problemi soċjali jew ta’ saħħa mentali għaliex il-Gvern ma jkunx gġamel dak li suppost għamel.


Credit: Shutterstock.com

Din il-ġimgħa indirizzajt lill-Parlament dwar l-att biex tiġi emendata l-liġi biex l-Awtorità tas-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ikollha bażi legali biex tissieħeb fl-inkjesti maġisterjali wara xi nċident fatali.


Għalkemm jidher li hemm diverġenza ta’ opinjoni minħabba l-importanza li l-investigazzjoni Maġisterjali trid tibqa’ ħielsa minn kull indħil, jidher mill-aktar ċar li hemm qbil li hawn numru ta’ inkjesti Maġisterjali li għadhom miftuħa. Dawn qed iwassal għal back log li mhux biss mhux qed jagħmel ‘ġustizzja’ mal-istess ġustizzja, imma qed jonqos bil-kbir lill-familjari li ma jistax ikollhom closure, jiġifieri għeluq ta’ dan il-kaptilu kiefer f’ħajjithom.


Għal darba orħa l-Istat qed jonqos liċ-ċittadini tiegħu.


34 familja għadhom bit-trawma jistennew


Tajjeb li nfakkar li f’mistoqsija 3954 li staqsejt lil Ministru Attard, fejn staqsejtu kemm kien hemm inkjesti mill-2017 sal-lum u kemm għad hemm pendenti, il-Ministru weġibni u qal li minn 2017 sal-lum kien hemm 59 inkjesta, 25 minnhom kienu magħluqha IMMA 34 għadhom pendenti!


Dan ifisser li hawn 34 familja li għadhom bit-trawma jistennew biex ikunu jafu x’ġara u min ser iġorr ir-responsabbiltà!


Jekk għal xi wħud minnha dawn huma biss numru ta’ każijiet, allura tilfna l-empatija umana. Dawn huma traġedji fejn hemm persuni li tilfu ħajjithom. Dan ifisser li wlied tilfu lill-ġenituri tagħhom waqt li ġenituri tilfu lil uliedhom. Nisa li spiċċaw romol u tfal li spiċċaw iltima. Għalihom dan huwa kapitlu trawmatiku u żgur li l-livell ta’ l-għajxien tagħhom ħa daqqa ta’ ħarta. Xi wħud minn dawn il-familjari tal-vittma huma mmarkati għal dejjem. L-esperjenza turina li xi wħud spiċċaw b’addictions biex itaffu l-weġgħat tagħhom, waqt li oħrjan spiċċaw bi problemi ta’ saħħa mentali.


Għaldaqstant huwa fl-interess tal-Istat li jara li ma jkunx huwa l-kawża ta’ persuni oħra li jkollhom problemi soċjali jew ta’ saħħa mentali għaliex il-Gvern ma jkunx għamel dak li suppost għamel. Tajjeb li l-Istat joffru s-sapport lil familji, speċjalment lit-tfal u jsegwihom permezz ta’ professjonisti fis-saħħa mentali/emozzjonali. Minn jaħdem fost it-tfal jaf kemm il-breavement tagħhom huwa proċess difficili u delikat.


L-ironija hija li waqt li dawn il-familjari għaddejin minn kalvarju, l-allegat kuntrattur/bennej li kien allegament responsabbli mill-inċident minħabba dan id-dewmien fl-inkjesti, għadu għaddej b’ħajtu qisu ma ġara xejn!


Liċenzji fil-kostruzzjoni


Il-ħtieġa li l-kuntratturi u l-bennejja jkollhom liċenzja u skill cards ta’ kompetenza. Ma nistax nifhem kif social workers, għalliema u ħaddiema oħrajn għandhom bżonn warrant imma dawn le!


Il-Kamra tal-Periti ilha għal diversi snin titlob li jkun hemm liċenzji għal kuntratturi u l-benneja. F’2019, il-Gvern ta letter of commitment lil Kamra. S’issa din baqgħet wedgħa bħal ħafna wegħdi oħra. IMMA nispera ħafna li dan id-dewmien mhuwiex ġej minn xi pressjoni ta’ xi lobby group li għandhu interess li ma jkunux kontabbli u jħossuhom li jistgħu jagħmlu li jridu!


L-edukazzjoni


L-edukazzjoni , jiġifieri l-ħila u l-kompetenza f’din is-snajja, hija ċ-ċavetta biex ikun hemm inqas traġedji umani. Tajjeb li ngħidu li fl-MCAST hemm kors fuq livel ta’ diploma u Advance Level.


Wasal iż-żmien li min jaħdem fil-kostruzzjoni (bennej/kuntrattur) irid jagħmel dan il-kors? Ma nistgħux ngħidu mhux possibli għaliex ma għandniex biżżejjed nies imħarġa. Jekk il-Gvern qed jagħti priorità lill-kostruzzjoni, allura huwa fir-resposabbiltà tiegħu li jieħu ħsieb li jipprepara nies kompetenti biżżejjed. Meta l-PN kien fil-Gvern u għamel priorità l-industrija tal-avjazzjoni, fetaħ kors fl-MCAST u ħeġġeġ lil diversi biex jattendu!


Ma jistax ikollna persuni li l-ġimgħa l-oħra kienu jifhmu fl-AC jew mastrudaxxa, u ġimgħa wara saru kuntratturi ta’ proġetti kbar! Ma jistax ikollok persuni li ma jifhmu xejn – xi wħud huma barranin – u jaħdmu bħala bennejja.


Infurzar pro-attiv


L-OHSA ma tistax tibqa’ reattiva, jiġifieri tmur biss fuq il-postijiet ta’ kostruzzjoni wara xi rapport/ilment/traġedja, imma trid tkun proattiva.


Għalkemm il-Minsitru Zrinzo fit-tweġiba għal mistoqsija tiegħi numru 3857 qal li saru 3,664 inspezzjonijiet, nemmen li dawn huma biss qatra f’baħar ikbar. Tajjeb li ngħid li l-Awtorità tal-Ippjannar f’2021 approvat madwar 9,000 applikazzjoni ta’ bini, filwaqt li f’2022 approvat madwar 8K applikazzjoni. Dan ifisser li hemm numru ferm akbar ta’ kostruzzjoni li għaddej fil-pajjiż.


Għaldaqsant, wasal iż-żmien li f’kull sit ta’ kostruzzjoni jkun hemm żjara ta’ uffiċjal tal-Awtorità. Dan ikun obbligu bil-liġi u l-uffiċjal jkollu check list li jrid jara li qed tkun osservata. Kull uffiċjal ikun assenjat numru ta’ siti li jrid jagħmel spezzjoni fuqhom. Hekk jiġri barra minn Malta fejn kull sit jkollu spezzjoni u fejn l-Health and Safety Officer ikollu lista ta’ affarijiet li jrid jiċċekja.


Serħan il-moħħ


Kull persuna li tmur fuq il-post tax-xogħol tagħmel dan biex taqla’ l-għajxien tagħha. Ma tmurx biex ittemm ħajjitha! Ghaldaqstant, l-ISTAT obbligat li jagħti serħan il-moħħ lill-ħaddiema u l-familji. Mingħajr dan is-serħan tal-moħħ, id-dmugħ li jintwera wara traġedja jkun biss dmugħ ta’ kukkudrilli!



(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 5 ta' Frar, 2023)

25 views
BACK
bottom of page