top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Standards meħtieġa fil-kirjiet

Jekk irridu verament naqtgħu l-abbużż, irridu nkunu serji, dixxiplinati u naqbdu l-barri minn qrunu!


Credit: Shutterstock

Preżentament fil-Parlament qed ikun diskuss abbozz biex jemenda l-liġi tal-kera. L-għan ewlieni huwa li jindirizza l-problema tax-SHARING ACCOMODATION, jiġifieri meta diversi persuni jikru flimkien f’post wieħed.


Dan qed isir wara li smajna bi stejjer ta’ abbuż, fejn 8, 10 u saħansitra 40 persuna jgħixu f’appartament wieħed. Smajna wkoll stejjer fejn sidien jikru sodod għal persuna biex torqod filgħodu, biex imbagħad l-istess sodda tinkera għal persuna oħra għal lejl.


lkoll naqblu li dan mhux biss huwa abbuż imma sfruttament tal-persuna.


Quddiem din is-sitwazzjoni, tajjeb li nżommu dan li ġej quddiem għajnejna:


  • Ix-sharing accommodation hija realtà internazzjonali. Kull min studja jew ħadem barra minn Malta diversi drabi kellu huwa wkoll jagħmel sharing/jikri ma’ oħrajn. Dan għaliex wieħed waħdu ma jasalx biex iħallas il-kera, aktar u aktar meta l-appartamenti jinsabu f’ċertu lokalitajiet. Mela dan huwa fatt li mhux qed jiġri lilna biss.

  • Min jiġi fostna u jikri ma’ oħrajn, diversi drabi huma persuni li ħallew pajjiżhom u l-familja tagħhom u ġew biex jissaportjaw lil familji tagħhom. Diversi drabi il-paga tagħhom hija paga minima u li ħafna minnha jgħadduha lil familja. Għaldaqsant, irridu nidħlu fiż-żarbun tagħhom u ’l hinn mill-argument jekk naqblux jew le jekk dawn jinsabu f’pajjiżna, l-punt jibqa’ li dawn ma ġewx f’Malta għal xi btala imma biex jmantnu lil familja tagħhom. Dan ifisser li fid-diskors tagħna rridu nibqgħu umani, ’l bogħod minn kummenti razzisti bla sugu. Jekk hemm bżonn nikritikaw, nikritikaw lil min ħoloq l-ekonomija tal-massa, u mhux lilhom.

  • Minn naħa l-oħra, hawn Maltin li qed jikru u dan huwa dħul għal familja tagħhom. Għaldaqstant, dan huwa settur li rridu nieħdu ħsiebu. Imma hawn irrid niġbed l-attenzjoni li filwaqt li tajjeb li numru ta’ sidien qed jikru l-appartamenti tagħhom, qed toħrog realtà oħra.

    • Din hija li jekk wieħed għandu propjetà li hija substandard/mitluqa din qegħda tinkera lil diversi u XORTA is-sid qed idaħħal dħul tajjeb. Il-punt tiegħi huwa li filwaqt li s-sid ma għamel l-ebda investiment biex jirranġa din il-propjetà, spiċċa li qed jaqla’ daqs jew aktar minn min għandu appartament u nefaq fih biex jagħmlu ta’ livell għoli u li qed jikrieh lil familja ta’ tlieta!


Ir-realtà


Mela għandha realtà li filwaqt li fuq naħa hemm appartament li s-sid ma għamel xejn u qed jaqla l-eluf, u hemm min irranġa, investa fih u sa jaqla’ daqs jew inqas minn ta’ l-ewwel li ma nvesta xejn. Filwaqt li wieħed għandu dħul 100% mill-ewwel, is-sid li investa fil-propjetà jrid iġib lura flusu wara ċertu snin!

Dan qed iwassal lil xi wħud ma jinvestux fir-refurbishment tal-propjetà tagħhom u jikruhom kif inhuma. Issib min jgħidlek: Għalfejn noqgħod noħroġ il-flus u nirranġa meta nista’ ndaħħal xorta waħda ‘l fuq minn 1k.


Dan qed iwassal għal diversi proprjetajiet li huma substandard li jispiċċaw jinkrew. Minn stallel taż-żwiemel, garages, boathouses, appartamenti mitlqua u saħansitra villel. U l-iskandlu huwa meta tisma’ lil xi ħadd jistqarr: U ijja, dawk joqgħodu kullimkien. Għal pajjiżhom, dan huwa lussu!!


Kriterji ċari


Jekk irridu naqtgħu dawn l-abbużi, allura rridu ndaħħlu bil-liġi STANDARDS tal-kirjiet u jkun hemm set ta’ kriterji ċari, dettaljati u infurżati, mhux biss x’jista’ jew ma jistax ikun mogħti għal kiri, IMMA jekk ser jinkera, is-sid irid jipprovdi numru ta’ amenities.


Dan diġà jseħħ fil-każ tad-djar tal-anżjani, child care centres u hotels. Fil-fatt, hemm lista sħiħa ta’ kundizzjonijiet biex b’hekk ikun hemm livel għoli ta’ serviżż u value for money.


U liema standards tal-kirjiet hemm bżonn?


  • Standards ta’ spażju – jekk hemm 6 persuni, allura l-ispażju bil-liġi għandu jkun ta’ ċerta ammont. Diġà l-PA mhux suppost toħroġ permessi, speċjalment fejn hemm kmamar tas-sodda mingħajr tieqa għal barra.

  • Standards fl-għamara/kċina – hemm każijiet ta’ għamara mlaqta’ minn djar oħra.

  • Standards ta’ safety f’każ ta’ nar, gass, etc.

  • Standard fil-kmamar tal-banju/toilets – possibli 6 persuni jistgħu jużaw toilet u banju wieħed? Allura, infurzar tal-ligijiet tas-santità!

  • Standard fil-finishings – hemm minn bhala d-dawl għandu sempliċement bozza imdendla minn wire, jew mingħajr bibien interni, u allura m’hemmx privatezza ta’ xejn!

  • Standards oħra li jkun hemm il-misħun, washing machine, fridge li taħdem, microwave, fans jew ACs għal dawk li jinsabu taħt is-saqaf.


Serji u dixxiplinati


Imma biex iseħħ dan, hemm bżonn li mhux biss l-Awtorità tad-Djar tilqa’ u tipproċessa l-applikazzjonijiet, IMMA nagħmlu pass ieħor. Jekk immorru fuq il-ħtieġa li kull appartament qabel ma wieħed jibda jikrieh għandu jġib ċertifikat li verament il-post għandu standards tajbin għal persuni biex joqgħodu fih, u mbagħad is-sit jista’ jinkera.


Jekk irridu veament naqtgħu l-abbuż, irridu nkunu serji, dixxiplinati u naqbdu l-barri minn qrunu!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 28 ta' Jannar, 2024)

159 views

Comments


BACK
bottom of page