top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

Kieku kont saħħar!

Kieku kont saħħar!

Ser inkompli naħdem mill-aħjar li nista’ għal bini ta’ soċjetà aktar umana, aktar ħanina u aktar inklussiva! Ftit tal-ġranet ilu, mara...

16/09/24

Not in our name

Not in our name

The government should reverse its cruel decision to deport the group of Ethiopians who have lived in Malta for the past 20 years. It...

05/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista

Għax niexef mill-ideat il-Partit Laburista jerġa’ jattakka lill-Maltin fin-negozju



Il-Gvern ta’ Robert Abela ma jistax jibqa’ jwaħħal fin-negozji u fl-importaturi Maltin għan-nuqqasijiet tiegħu. Malta jixirqilha tmexxija li toffri ħajja aħjar f’pajjiżna.

Dan hu dak li ntqal matul konferenza tal-aħbarjiet indirizzata mill-Kelliem għall-Enerġija u l-Intrapriża Mark Anthony Sammut, u mill-Kelliem għal-Livell ta’ Għajxien Aħjar b’Impenn Kontra l-Għoli tal-Ħajja Albert Buttigieg, fejn kien indirizzat ukoll l-attakk tal-MEP Laburista Alex Agius Saliba biex il-Kummissjoni Ewropea tinvestiga lill-importaturi Maltin.

Mark Anthony Sammut qal li anke dawk qrib Robert Abela tilfu l-fiduċja fil-Gvern tagħhom stess li jista’ jindirizza l-problema tal-għoli tal-ħajja. Agħar minn hekk, hi azzjoni ta’ attakk u insult lejn in-negozjant Malti li qed jitgħabba bit-tort kollu tal-fallimenti tal-Gvern ta’ Robert Abela fil-ġlieda mitlufa tiegħu kontra l-għoli tal-ħajja. Kompla billi fakkar fl-attakk fuq in-negozjanti Maltin u lis-sidien tal-ħwienet min-naħa tal-Partit Laburista minn kandidat ieħor, Clint Azzopardi Flores, f’Lulju li għadda meta wkoll qal kummenti simili kontra l-Maltin u l-Għawdxin.

Min-naħa tiegħu Albert Buttigieg qal li hu insult li MEP Laburista mar jattakka lin-negozjanti Maltin fl-istituzzjonijiet Ewropej u li dan kollu juri n-nuqqas ta’ serjetà tad-delegazzjoni Laburista, li qed tistrieħ fuq il-ħidma tal-Kummissjoni meta ħadd mill-Gvern Laburista ma donnu ntebaħ li hi qabelxejn ir-responsabbiltà tagħhom. Kompla li meta jwaħħal għall-prezzijiet għolja u għall-għoli tal-ħajja fuq l-importatur u n-negozjant Malti, il-Gvern ta’ Robert Abela jkun qed juri kemm hu maqtugħ mir-realtà. Realtà li mhux biss qed jgħidha l-Partit Laburista, imma qed jgħiduha wkoll imsieħba soċjali u entitajiet oħrajn li jaħdmu viċin is-settur.

Il-Partit Nazzjonalista għandu pjan ekonomiku għal ħajja aħjar f’pajjiżna, fejn fost l-oħrajn irid li jinħoloq Fond Nazzjonali biex nappoġġaw lill-industrija li timporta jew tesporta u dan biex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż li jħallu impatt fuq l-għoli tal-ħajja.


(Press Conference Partit Nozzjonalista – 6 t' Ottubru, 2023)

7 views

Comments


BACK
bottom of page