top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

Irridu l-għasses miftuħa

Irridu l-għasses miftuħa

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida? Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA...

09/10/24

Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Swaba' twal

Wara tliet snin biss fit-tmexxija, il-Gvern Laburista jinsab taħt dell kbir u tqil ta' korruzzjoni sistematika.



Sakemm il-bniedem huwa bniedem, il-korruzzjoni hija parti mill-ħajja. Il-korruzzjoni hija frott tal-ħażen li hemm f’qiegħ il-bniedem. Għalkemm il-bniedem huwa tajjeb fih innifsu u għandu kapaċità kbira biex jagħmel it-tajjeb, fih ukoll għandu tendenza qawwija għal dak li huwa ħażin.

Fid-diskors soċjali, il-korruzzjoni hija meqjusa bħala forma oħra ta’ inġustizzja soċjali u glorifikazzjoni tal-egoiżmu, meta l-akbar ġid li wieħed jista’ jkollu huwa dak li jaħseb għall-interessi tiegħu mingħajr l-ebda kas ta’ xejn u ħadd.

Bejn korruzzjoni żgħira u korruzzjoni kbira hemm swaba’ twal li jippruvaw jinfiltraw f’kull post, għaqda, organizzazzjoni, partiti politiċi u anke pajjiżi sħaħ.

F’ċerti pajjiżi, is-swaba’ twal tal-korruzzjoni huma mifruxin sew f’kull livell tas-soċjetà. F’ċerti pajjiżi, il-korruzzjoni tant hija kbira li tissejjaħ korruzzjoni istituzzjonalizzata, jiġifieri s-swaba’ tal-korruzzjoni huma fl-istrutturi kollha tat-tmexxija governattiva. Għaliex il-poter u l-flus huma taħlita perikoluża ħafna, f’ċerti pajjiżi wieħed isib partiti politiċi u politikanti li jbillu subgħajhom sew fil-borma tal-pajjiż.

Ilkoll nafu wkoll li hawn pajjjiżi mgħarrqa fil-korruzzjoni. Oħrajn jagħtu kenn lil dawk li jixtiequ jżommu jew ‘jaħslu’ flushom f’segretezzi bankarji. Il-Panama jew il-Virgin Islands huma żewġ pajjjiżi minn diversi oħrajn! Quddiem każi ta’ korruzzjoni x’tagħmel jew x’ma tagħmilx ifisser ħafna. Huwa f’dan il-mument li wieħed juri xi stoffa għandu. Politiku jew mexxej li ma jiħux azzjoni juri x’tip ta’ mexxej hu. Jekk wieħed jagħżel is-skiet, din tissejjaħ kompliċità.

L-istejjer, l-akkużi u d-dellijiet tqal fuq il-Ministru Konrad Mizzi, Keith Schembri (Kasco) u l-eks-Chairman

tat-Times kulħadd sema’ bihom. Huma stejjer li jikxfu li l-qarnita għandha subgħajha twal. Wara tliet snin biss fit-tmexxija, il-Gvern Laburista jinsab taħt dell kbir u tqil ta’ korruzzjoni sistematika.

Livelli ta’ korruzzjoni huma misjuba f’kull amministrazzjoni. Hija d-determinazzjoni ta’ Simon Busuttil u

tal-Partit li nitgħallmu minn dawn l-istejjer.

Imma quddiem dawn il-każi serji ta’ korruzzjoni sistematika ta’ issa, x’attitudni qiegħed jieħu l-Partit Laburista? X’qiegħed jagħmel il-Prim Ministru quddiem dawn l-akkużi serji? Kieku dawn l-akkużi saru fiż-żmien tat-tmexxija Nazzjonalista, Joseph Muscat x’attitudni kien jieħu?

Min-naħa tat-tmexxija tat-Times , il-bord tad-diretturi ta eżempju ċar ta’ wieħed x’għandu jagħmel. Il-membri talbu liċ-Chairman joffri r-riżenja tiegħu. Kienu assertivi.

Wara ġimgħat sħaħ ta’ akkużi, il-Partit Laburista pprova jiċħad dawn l-istejjer. Ipprova jiġġustifika. Ipprova

jgħatti. Ipprova jaħrab billi tkellem fuq kwistjonijiet oħra. Ipprova jitfa’ t-tajn fuq Ann Fenech. Issa qiegħed

jipprova jħammeġ lil Beppe Fenech Adami! U Joseph Muscat x’attitudni ħa?

Għandu raġun Simon Busuttil li waqt il-programm ‘Dissett’ jgħid li: “Ma’ kull ġurnata li tgħaddi u ma

jagħmel xejn, il-Prim Ministru jkompli jdgħajjef il-pożizzjoni tiegħu stess.” Joseph Muscat irid jifhem li meta jieħu din l-attitudni mhux biss jista’ jintefa’ dell ikrah fuqu personali imma qiegħed jitfa’ dell ikrah fuq l-Uffiċċju tiegħu, dak ta’ Prim Ministru ta’ Malta.

Dan ma jgħoddx biss għall-Prim Ministru imma wkoll għal diversi Ministri oħrajn, fosthom il-Ministru tal-

Finanzi li donnu għamel vot ta’ silenzju.

Il-Maltin kollha ta’ rieda tajba ma jistgħux ikollhom Prim Ministru li għandu s-swaba’ tal-korruzzjoni mdawrin miegħu. Il-Maltin ta’ rieda tajba jafu li kif illum qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Għid, meta niftakru fir-rebħa tat-tajjeb fuq il-ħażin, anke f’din l-istorja, il-korruzzjoni mhux se jkollha l-aħħar kelma.

Bħal dejjem f’Malta huwa s-sewwa li jirbaħ.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 27 ta' Marzu, 2016)

0 views

Comments


BACK
bottom of page