top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

Irridu l-għasses miftuħa

Irridu l-għasses miftuħa

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida? Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA...

09/10/24

Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Wiegħed mod u għamel fattih!

Dak li jgħaqqad lil Farage, Trump u lil Joseph Muscat huwa li lkoll kemm huma wiegħdu mod, imbagħad għamlu fattihom. Tista' tidħak b'dak li jkun darba, imma ma tistax tidħak bih darbtejn!



Iż-żamma tal-kelma hija sinjal ta’ rġulija u konsistenza. Persuna li tgħid mod u tagħmel mod ieħor ftit tgawdi fiduċja ta’ dak li jkun. Dan jikxef ħafna fuq il-karattru tal-persuna. Meta jiġri hekk, wieħed ftit jibqa’ jemmen f’dak li jkun. Ftit tista’ tibqa’ tafdah. Jidħak bik darbau ma jerġax!

Sfortunatament, fil-politka mhux l-ewwel darba li jkun hemm politiċi li jwiegħdu mod, imbagħad wara jagħmlu mod ieħor. Ħa nagħti ftit eżempji biex ninftiehem aħjar.

L-ewwel eżempju: Matul ir-referedum tal-‘Brexit’, Nigel Farage għamel kampanja sħiħa li jekk il-poplu jagħżel li joħroġ mill-UE, il-flus mogħtija bħala sehem mill-Ingilterra lill-UE jispiċċaw imorru fil-fond tal-NHS. L-NHS huwa l-fond tas-servizz mediku soċjali fl-Ingilterra. Il-poplu għażel li joħroġ mill-UE. L-għada ta’ dan ir-riżultat, dan il-politiku kellu l-wiċċ jistqarr li dawn il-flus mhumiex se jmorru fil-fond tal-NHS!

It-tieni eżempju: Donald Trump fl-Istati Uniti tal-Amerika għamel kampanja sħiħa li jekk jintgħażel bħala President, ineħħi l-ObamaCare kompletament. L-ObamaCare tinvolvi sservizzi tas-saħħa pubblika liċ-ċittadini Amerikani. Kif nafu, il-poplu Amerikan għażel bil-qawwi lil Donald Trump u wara l-ewwel laqgħa li kellu ma’ Barack Obama, iddikjara li mhuwiex se jneħħi din il-liġi imma forsi jagħmel xi ftit emendi fiha! Wiegħed mod u se jispiċċa jimxi mod ieħor.

It-tielet eżempju: Tliet snin ilu Joseph Muscat kien elett Prim Ministru ta’Malta. Kienet rebħa kbira u storika. Matul il-kampanja elettorali, għal diversi drabi stqarr li:


  • Malta se tkun tagħna lkoll u kulħadd se jingħata spazju. “Tista’ ma taqbilx magħna imma xorta taħdem magħna,” kienet l-għajta tiegħu;

  • Malta ma tistax tibqa’ b’żewġ kuluri kontra xulxin;

  • Wieħed ma jistax jimxi ’l quddiem skont lil min jaf imma skont kemm taf. Dan se jwassal għal meritokrazija sħiħa fil-pajjiż;

  • L-ambjent se jingħata l-importanza u mhux se jsiru żbalji bħall-passat;

  • Il-Gvern Laburista se jkollu ‘tolleranza żero’ għall-korruzzjoni;

  • F’Malta se jispiċċa l-faqar darba għal dejjem;

  • Il-Gvern se jisma’ lil kulħadd u mhu se jkun hemm l-ebda klikka li tmexxi;

  • Taħt it-tmexxija tiegħu se jkun hawn verament l-akkontabbiltà u t-trasparenza pubblika;

  • Fi żmien sentejn se jkollna power station ġdida taħdem.

Inkompli bil-lista?

Kull min jaħseb b’moħħu u ma għandux għamad politiku jaf sew li mhumiex biss Farage u Trump li daħku biċ-ċittadini. Anke l-Partit Laburista daħak bin-nies.

Wara tliet snin fit-tmexxija, Joseph Muscat irnexxielu ma jżommx kelma waħda minn dawn il-wegħdi. Dan qiegħed iwassal biex dawk li jirraġunaw jintebħu li Joseph Muscat għandu problema serja ta’ kredibbiltà.

Filwaqt li dan qiegħed jagħmel il-ħsara politikament lilu stess, fir-realt. din il-ħsara mhix qiegħda ssir lilu personalment biss u lill-Partit Laburista, imma qiegħda ssir lill-klassi politika kollha.

Sfortunatament, huma diversi dawk iċ-ċittadini, b’mod partikulari l-ġenerazzjoni żagħżugħa, li minħabba dan in-nuqqas ta’ rġulija u inkonsistenza politika ma baqgħux jafdaw lil ebda politiku.

Imma nagħmlu tajjeb ilkoll jekk ma npoġġux lil kulħadd flistess keffa.

Il-PN immexxi minn Simon Busuttil qiegħed jaħdem qatigħ biex jerġa’ jakkwista l-fiduċja tal-poplu. L-isfida hija kbira. Imma Simon Busuttil u l-PN kollu determinati. Fid-determinazzjoni tagħna lkoll, il-PN qiegħed joħroġ b’diversi proposti konkreti kif jista’ jkun gvern alternattiv. Ilkoll nafu li qabel laħħar Baġit, il-PN ħareġ dokument ieħor bit-tema ‘Nirnexxu lkoll flimkien’. F’dan id-dokument hemm madwar 91 proposta li xi wħud saħansitra daħlu fil-Baġit tal-Gvern Laburista.


Imma rridu noqogħdu attenti li dak li nwiegħdu, nagħmluh verament. Għaliex nemmen fil-politika onesta, nemmen bissħiħ li rridu nkunu onesti magħna nfusna u mal-Partit u nwieġbu dawn il-mistoqsijiet.

Dak li jgħaqqad lil Farage, Trump u lil Joseph Muscat huwa li lkoll kemm huma wiegħdu mod, imbagħad għamlu fattihom. Tista’ tidħak b’dak li jkun darba, imma ma tistax tidħak bih darbtejn!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 20 ta' Novembru, 2016)

1 view

Comments


BACK
bottom of page