top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

Irridu l-għasses miftuħa

Irridu l-għasses miftuħa

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida? Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA...

09/10/24

Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

X'jimpurtani!

Għandu raġun Simon Busuttil meta għal diversi drabi jiġbed l-attenzjoni li dak li qiegħed iseħħ huwa ta' ħsara kbira għall-klassi politika kollha.



Dan l-aħħar, waqt żjara lil familja, iltqajt ma’ Anthony, żagħżugħ ta’ 24 sena. Anthony għadu kemm iggradwa u qed jaħdem f’post b’salarju tajjeb. M’ilux daħħal karozza ġdida u jinsab f’relazzjoni ma’ tfalja. Huwa fil-ħsieb tagħhom it-tnejn li jaħdmu biex ’il quddiem ikollhom post għalihom u jiżżewġu. Minħabba li ż-żjara tiegħi għand dik il-familja kienet żjara bħala kandidat politiku, id-diskussjoni daret fuq is-sitwazzjoni politika attwali. Kien proprju f’dan il-mument li Anthony, mingħajr tlaqliq, stqarr li l-politika ma tinteressahx aktar! “X’jimpurtani minn dak li jgħidu l-partiti politiċi,” stqarr miegħi.

Ikolli nammetti li din hija stqarrija li sfortunatament diversi żgħażagħ ta’ din l-età qegħdin jagħmlu. Għal diversi żgħażagħ (u anke diversi persuni adulti oħra), il-politika mhux biss ma tinteressahomx aktar, imma jħossu li dawk li daħlu fil-politika għamlu dan għall-gwadann personali tagħhom.

Dan mhuwiex ta’ ġid għal pajjiżna. Il-politika hija neċessarja jekk irid ikun hawn soċjet. ġusta u tajba. Jekk irridu ngħixu f’soċjetà b’livell għoli ta’ għajxien, irridu naħdmu qatigħ biex ikun hawn politika tassew ħajja. Tajjeb li nistaqsu mistoqsijiet diffiċli u ma nibżgħux minn risposti skomdi.

1. Iż-żgħażagħ tal-lum huma forsi magħluqa fid-‘dinja’ tagħhom? Diversi snin ilu kont naħdem fost iż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ ta’ dak iż-żmien (li mhux żmien imbiegħed) kienu jħobbu joħolmu bil-futur. Nafuhom bħala żgħażagħ li ma jibżgħux juru l-fehma tagħhom. Iż-żgħażagħ tal-lum donnhom jinsabu fid-‘dinja’ komda tagħhom. Huwa veru li d-dinja kollha saret individwalistika – fejn sfortunatament dak li jimpurtak huwa biss minnek – imma nħoss li ż-żgħażagħ tal-lum jgħixu medhija wisq f’dinja ta’ aljenazzjoni. X’jiġri lil ħaddieħor u x’jiġri madwarhom ma tantx għandhom ħin għalih. Dan qiegħed iwassal għal indifferenza soċjali. Il-mentalità hija li wieħed jimpurtah sakemm jimpurta lilu! Għaldaqstant, il-politika vera, li tieħu l-ħin biex twassal il-messaġġ, ma tħallix effett fuqhom. Dan wassal għal politika tal-buzz words u l-marketing . Imma politika tal-buzz words fir-realtà hija nieqsa minn ċerta profondità ta’ ħsieb. Min-naħa l-oħra, il-politika tal-marketing hija wkoll biss qoxra tal-apparenza. Dak li jidher ma jfissirx li huwa fir-realtà.

Dan rajnieh fl-aħħar elezzjoni, bil-Partit Laburista b’kampanja qawwija mibnija fuq il-marketing. Il-frott ta’ dan il-marketing qegħdin narawh issa li bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Għaldaqstant, il-politika tal-buzz words hija politika artifiċjali.

2. Jista’ jkun li ż-żgħażagħ ma jimpurtahomx mill-politika għax għejew minnha? Hekk stqarrAnthony miegħi. Huma diversi dawk iż-żgħażagħ u l-adulti li jistqarru li f’Malta l-politika tingħata wisq importanza. Xi wħud ma jafux jitkellmu jekk mhux fuq il-politika. Diversi drabi min huwa f’dan l-istat huwa persuna politikament fanatika. Għal min huwa politikament fanatiku, il-partit qatt ma jagħmel żball u kollox tajjeb jagħmel. Dan iwassal għal partiġjaniżmu aggressiv fejn il-politika ssir il-politika tal-kelb u l-qattus. Inħoss li mhux biss dan ma jagħmilx ġid, imma qiegħed ikun kawża ta’ diversi żgħażagħ li jitbiegħdu mill-politika. Għalkemm nemmen li l-politika hija importanti fit-tmexxija tas-soċjeta' tagħna, mhix l-aktar valur importanti u hemm affarijiet oħrajn minbarra l-politika.

3. Jista’ jkun li ż-żgħażagħ u oħrajn jinsabu f’dan l-istat għax il-politiċi waqqgħu l-ġebla fuq saqajhom? Hija mistoqsija li tajjeb li kull politiku jkollu l-kuraġġ u d-diċenza jwieġeb fil-kuxjenza tiegħu. Għalkemm f’Malta kellna diversi politiċi li għamlu unur lill-partit tagħhom u lil pajjiżhom, kellna u għad hawn politiċi li jużaw il-vot tan-nies biex ikunu jistgħu jimxu ’l quddiem fil-ħajja personali tagħhom u jmorru aħjar ħbiebhom. Kellna u għad hawn politiċi li ma għandhom l-ebda valur u etika, u tefgħu dell ikrah fuq kulħadd. Il-ġrajjiet li qegħdin ngħixu fl-aħħar xhur huma eżempju klassiku. Għandu raġun Simon Busuttil meta għal diversi drabi jiġbed l-attenzjoni li dak li qiegħed iseħħ huwa ta’ ħsara kbira għall-klassi politika kollha. Dan qiegħed iwassal biex persuni u żgħażagħ validi jibżgħu jersqu ’l quddiem għax jibżgħu ‘jimbelgħu’ mis-sistema.

Huma diversi dawk li jaħsbuha bħalAnthony u li ma jimpurtahomx. Ikun għaqli għalina jekk nersqu lejn Anthony u lejn min jaħsibha bħalu b’messaġġ sempliċi, oġġettiv u kalm. Irridu nfiehmu lil dawn iċ-ċittadini li ħadd ma jgħix għalih innifsu.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 5 ta' Ġunju, 2016)

0 views

Comments


BACK
bottom of page