top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

Irridu l-għasses miftuħa

Irridu l-għasses miftuħa

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida? Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA...

09/10/24

Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Ġebla fuq saqajn il-Gvern?

Il-White Paper dwar is-suq tal-kera – Għalkemm hija pass fid-direzzjoni t-tajba wara diversi talbiet, ċerti proposti jistgħu jwasslu biex il-Gvern iġib il-ġebla fuq saqajh.



Dan l-aħħar ħarġet il-white paper imsejħa ‘Il-Kera bħala alternattiva ta’ akkomodazzjoni’. Bħala persuna li naħdem fil-qasam soċjali u bħala eks-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita tad-Djar nixtieq naqsam dawn ir-riflessjonijiet personali:

Ir-responsabbilta għal akkomodazzjoni soċjali hija tal-istat u mhux tas-sidien. Is-sidien ma għandhomx jagħmlu tajjeb għal dan. Għalkem mis-sidien huma parti mis-soċjeta u għandhom doveri lejn il-komunita u l-ġid komuni, ma għandhom l-ebda obbligu biex jipprovdu akkomodazzjoni soċjali. Ir-responsabbilta prinċipali hija tal-gvern tal-ġurnata biex jagħmel politika soċjali li tieħu ħsieb lil dawk li baqgħu lura. Għaldaqsant, għaliex l-istat għandu bżonn l-għajnuna tas-sidien biex ikun hemm ammont ta’ proprjeta biżżejjed, l-istat għandu jipprova mhux biss isserraħ ras is-sidien meta dawn jikru lill-inkwilini, imma għandu jipprova jġib is-sidien fuq in-naħa tiegħu.

Għandu jinħoloq bilanċ bejn linteressi tal-inkwilini u tas-sidien.

Fil-white paper hemm miktub li fil-passat l-interventi tal-istat wasslu għal paraliżi f’dan is-settur. Tajjeb li ngħidu li dan sar matul l-amministrazzjoni Laburista/Soċjalista li matul is-70/80 daħħlet fis-seħħ miżura ta’ kontrolli riġidi. Il-Gvern preżenti għad għandu din il-loġika tal-ħsieb għalkemm forsi mhux bl-estremita kif kien fis-70/80? Qiegħed ngħid dan għaliex f’din il-white paper qed tingħata l-impressjoni li l-interventi tal-istat mhumiex xi ħaġa ħażina. Fil-fatt insibu: “Hija żbaljata l-fehma li kwalunkwe forma ta’ intervent tal-gvern fis-settur tal-kiri twassal neċessarjament għall-paraliżi tiegħu… hija idea żbaljata li rregolamentazzjoni tal-kera hija neċessarjament kontroproduttiva jew li kwalunkwe grad ta’ intervent tal-gvern se jxekkel it-tkabbir tassettur”(nru: 3.1.1/2).

Li wieħed isemmi best practices fl-Ewropa fejn hemm xi forma ta’ intervent tal-istat mhux se jagħti s-serħan lis-sidien li jiftakru sew l-interventi fl-imgħoddi f’Malta. Xi jżomm lill-Gvern biex ma jerġax iwettaq politika ta’ kontroll tal-kera/bini? L-Ingliżi jgħidu, once bitten, twice shy.

L-istħarriġ ipprovdut f’din il-white paper mhuwiex reali. Dan għaliex id-data mogħtija hija sal-2016. Ilkoll nafu li minn dak iż-żmien sal-lum kien hemm żieda qawwija ta’ barranin li ġew Malta. Il-kritika tal-PN li l-ekonomija kibret minħabba l-popolazzjoni u mhux bil-produzzjoni hija kritika li wieħed għandu jagħtiha l-attenzjoni meħtieġa.

Il-white paper tagħmel żewġ proposti:


(i..) Li l-kirja jkollha minimu b’obbligu ta’żmien;

(ii..) Aktarma l-kirja tkun waħda twila, aktar inkun hemm nuqqas ta’ taxxa mħallsa mis-sid. Dan ikun inċentiv għas-sid biex jikri fit-tul. Tajjeb li ngħidu li t-tieni l-proposta kienet proposta fil-Manifest tal-PN fl-aħħar elezzjoni.

Preżentement it-taxxa titħallas fuq skema li s-sid iħallas b’rata ta’ 15%. Il-proposta tal-PN kienet li jekk wieħed jikri minn rajh għal sentejn, allura jħallas inqas, pereżempju bi 12%, waqt li jekk wieħed jikri għal tliet snin iħallas bl-10%. Aktarma l-kirja tkun twila, inqas wieħed iħallas taxxa.

Fuq l-ewwel proposta, xi NGOs qegħdin jipproponu li l-kirja ma tkunx inqas minn tliet snin waqt li l-AD qed tipproponi li din ma tkunx inqas minn sena waħda. Imma lil hinn minn dan il-punt hemm punt aktar fundamentali li wieħed ma jistax iwarrbu.

Il-punt fundamentali huwa li ssid għandu DRITT fundamentali li jagħmel li jrid bil-proprjeta tiegħu! Ma għandu l-ebda obbligu morali/legali li jipprovdi l-proprjeta li huwa s-sid tagħha għall-kiri. Il-gvern għandu dritt jintaxxa proprjeta vojta imma dejjem jibqa’ li huwa s-sid li jagħżel li jżommha vojta jewli jikriha. Jekk wieħed jiċħad dan id-dritt fundamentali, allura qiegħed jaċċetta l-prinċipju Marxista li wieħed ma għandux dritt assolut fuq il-proprjeta li tagħha huwa s-sid!

Jekk wieħed jaċċetta l-argument ta’ żmien minimu, allura wieħed jistaqsi: Min se jiddeċiedi dan iż-żmien? Fuq liema kriterju? Jekk hemm żmien minimu jista’ l-gvern f’nofs dan iż-żmien jiddeċiedi li jestendi dan iż-żmien?

Dan ġara fil-passat (motivat mill-voti). Allura xi jżomm lill-gvern milli ma jagħmilx l-istess?

L-aħjar politika hija liwieħed jaċċetta t-tieni proposta, jiġifieri li ma jkun hemm l-ebda terminu obbligatorju imma dan isir fuq inizjattivi ta’ nuqqas ta’ taxxa u fil-liberta assoluta tas-sidien li jagħżlu huma x’jagħmlu u kemm iridu jikru.

Tkun idea tajba li jekk il-gvern biex iħeġġeġ kirja fit-tul, pereżempju, għal aktar minn tmien snin jew aktar, il-gvern ma jitlobx taxxa mis-sidien!

Jekk ma jiġrix dan, allura se jkun hemm diversi sidien li għaliex jibżgħu u ma jħossuhomx siguri jispiċċaw ma jikrux lill-Maltin! Dan iwassal għal aktar problemi għall-Gvern u l-lista tkompli tikber!

Is-sidien jistgħu jagħmlu dan għaliex fil-white paper inħoss li hemm loop hole. Fil-fatt, f’paġna 19 n.1.1 u f’numru 1.2.1 f’paġna 22 hemm miktub li s-sidien jistgħu jikru lil dawk il-ħaddiema li jgħixu f’Malta b’mod temporanju.

Kulħadd jaf li l-ħaddiema barranin, fil-maġġoranza tagħhom, għandhom kuntratti ta’ sena b’sena. Xi wħud anke inqas! Dawk li mhumiex ġejjin mill-EU għandhom ukoll permess ta’ residenza ta’ sena li jiġġedded sena b’sena wkoll!

Diversi mis-sidien jistgħu jagħmlu użu minn dan il-provediment.

Min-naħa l-oħra, nemmen li hemm diversi punti pożittivi, fosthom li jkun hemm kuntratt u li dan ikun reġistrat, li ż-żieda tal-kirja tkun imniżżla bil-miktub u maħduma fuq l-għoli tal-ħajja/ indiċi tal-proprjeta, li ddepożitu jkun imniżżel fil-kuntratt u kif u għalfejn jista’ jiġi mnaqqas, il-ħlasijiet tad-dawl u l-ilma, l-inventarju bil-miktub, li l-aġenti jkunu mogħtija taħriġ u l-iżgumbrament ikun aktar proċess mgħaġġel. Huwa punt tajjeb ukoll li l-white paper titkellem (għalkemm mhux fid-dettall) fuq il-postijiet vojta u li jerġgħu jinfetħu skemi għal riġenerazzjoni tagħhom.

Ma tantx naqbel mal-proposta li jkun hawn black listing fuq is-sidien/ inkwilini. L-esperjenza umana turi li din tista’ tkun abbużata u użata ħażin. Lanqas ma naqbel li jkun hemm aġenzija pubblika. Din tista’ twassal mhux biss għal aktar burokrazija imma anke li jkun hemm donnu Big Brother li se jkompli jnaffar lis-sidien! Il-kuntratt tal-kirja huwa wieħed ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant huwa l-Ministeru tal-Finanzi li għandu jieħu ħsieb iż-żamma ta’ dan.

Punti oħrajn li l-white paper tkellmet ftit fuqhom jew inkella ma tkellmet xejn huma:


Bżonn ta’standards – Nafu li mhux kull post għandu l-istandards neċessarji. Diversi postijiet huma substandard u qegħdin jiġu mikrija. Eżempju l-garaxxijiet. Tkun idea tajba li mal-kuntratt tkun mehmuża dikjarazzjoni ta’ perit li juri li l-post għandu l-istandards kollha bażiċi;

Għandu jkun hemm liċenzja maħruġa biex is-sidien jistgħu jikru bħalma jiġri fil-każ tal-kiri għatturiżmu?;

Għandu jkun hemm rata ta’ taxxa differenti għal dawk is-sidien li jikru lil inkwilini mill-UE, fosthom Maltin jew dawk li għandhom ċerta eta;

Min ma għandux dokumentazzjoni meħtieġa, x’se jagħmel? Hawn diversi persuni li għalkemm jaħdmu/jgħixu fostna,ma għandhomx dokumentazzjoni. Dan jista’ jwassal għal blackmarket fil-proprjetajiet, b’mod partikolari dawk li huma substandard;

Kullmin huwa fil-kera bħalissa, x’se jsir minnu meta jidħlu rregoli l-ġodda? Se jkollu kuntratt ġdid u allura kera differenti?;

Kirjiet baxxi ta’ qabel l-1995. Meta din il-kwistjoni se tkun indirizzata? Din hija inġustizzja mas-sidien;

Kirjiet li huma ta’ postijiet li għad għandhom ir-requistion order fuqhom?

Aktar linji gwida fuq over crowding u min mill-inkwilin huwa legalment responsabbli;

Jissaħħu l-iskemi ta’ sussidju fuq il-kera fil-privat, skemi biex wieħed jieħu l-loan mill-banek, fuq

l-ewwel proprjetà u l-Iskema Kiri (skema li kienet suċċess, għalkemm il-Partit Laburista kien maqdarha);

Social housing mingħajr ma l-Gvern juża aktar art għall-bini; X’jiġri meta l-inkwilini ‘jaħarbu’ jew jgħosfru u dawn iħallu kontijiet pendenti?

Stock taking u awditjar serju ta’ min joqgħod fil-housing soċjali u min qiegħed applikant fuq il-lista tal-housing.

Għalkemm din il-white paper hija pass fid-direzzjoni t-tajba u ġiet wara diversi talbiet, saret b’intenzjoni

tajba u tagħmel numru ta’ proposti pożittivi, imma hemm ċerti proposti li nemmen li dawn jistgħu jwasslu biex il-Gvern iġib il-ġebla fuq saqajh!

Min kiteb din il-white paper ried jgħin lill-inkwilini imma wieħed għandu joqgħod attent li ma jispiċċax jagħmel aktar ħsara milli ġid minħabba li s-sidien jippreferu jikru lill-barranin ħalli jibżgħu mill-Maltin!

U min se jbati? Żgur mhux min ‘jitħallas’ €100 fis-siegħa!


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 28 ta' Ottubru, 2018)

3 views

Comments


BACK
bottom of page