top of page

albertbuttigieg.com

English

Malti

© 2024 Albert Buttigieg. All rights reserved.

Partit Nazzjonalista

Partit Nazzjonalista

@buttigiegalbert

@buttigiegalbert

@ButtigiegAlbert

@ButtigiegAlbert

Recent Articles
Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Kumitat ħabbrieki ta’ San Ġwann

Il-membri kollha ta’ dan il-kumitat ħadmu qattiegħ biex jaraw li l-kandidati kollha li kellna għal din l-elezzjoni mhux biss jiltaqgħu...

09/10/24

Irridu l-għasses miftuħa

Irridu l-għasses miftuħa

X’hemm komuni bejn San Ġwann, Swieqi, Gzira u l-Imsida? Għalkemm dawn il-lokalitajiet għandhom rejaltajiet differenti minn xulxin IMMA...

09/10/24

Let the birds fly in freedom

Let the birds fly in freedom

Country must acknowledge that the ECJ ruling on finch trapping means this practice has reached the end of the line. Hunting and trapping...

29/09/24

BLOG
Albert Buttigieg in St Julian's

Żgħażagħ bil-vot

Jekk verament nirrispettaw liż-żgħażagħ, hemm bżonn li mhux biss nagħtuhom eżempji ta' maturità politika. Lil hinn mill-vot, wieħed għandu joffri eżempji ta' politiċi onesti li kapaċi joffru viżjoni kritika u sens ta' direzzjoni.



Matul dawn l-aħħar ġimgħat, il-Parlament tkellem fuq il-proposta li ż-żgħażagħ ta’ 16-il sena jkunu jistgħu jieħdu sehem attiv fil-ħajja demokratika billi jingħataw id-dritt/dover tal-vot. Jidher li mhux biss iż-żewġ partiti prinċipali imma anke forzi politiċi oħrajn qablu ma’ din il-proposta. Dan huwa kunsens storiku. L-aħħar darba li sar dan it-tip ta’ qbil kien proprju fissena 2000 meta kien hemm qbil fuq il-mozzjoni li persuni bi bżonnijiet speċjali jingħataw opportunitajiet indaqs.

Matul id-diskussjoni fuq il-vot 16 kienu diversi l-kelliema miż-żewġ naħat tal-Kamra li tkellmu u qalu li ż-żgħażagħ għandhom jingħataw dan il-leħen biex b’hekk ikunu minn issa ċittadini attivi u protagonisti tal-futur tagħhom u ta’ pajjiżna. Diversi tkellmu li dan il-vot huwa att ta’ fiduċja fil-kapaċitajiet u l-ħiliet taż-żgħażagħ.

Fid-dawl tal-fatt li għal diversi snin ħdimt fost iż-żgħażagħ u magħhom, b’mod partikolari dawk iż-żgħażagħ f’San Ġwann, nemmen bis-sħiħ mhux biss fil-potenzjal li huma għandhom bħala ċittadini imma li l-vot jagħtihom sens qawwi ta’ komunit., xi ħaġa li aktar ma jgħaddi żmien, aktar qiegħda tonqos fostna.

Nistqarr ukoll li għalkemm ninsab kuntent bid-diskussjoni, inħoss li ċerti politiċi qalu dak li qalu mhux

għax jemmnu f’dak li qalu imma għax riedu jinstemgħu sbieħ u jintgħoġbu. Għal dawn il-politiċi fejn jaqbilhom huma favur iż-żgħażagħ u li dawn huma persuni maturi imma meta l-istess żgħażagħ jgħidu xi ħaġa li ma ddoqqx għal widnejhom, dawn l-istess politiċi jbiddlu d-diska u jilmentaw kemm iż-żgħażagħ huma immaturi!

Dan ħareġ fil-beraħ ftit tal-ġranet wara l-vot 16 meta żagħżugħ tkellem quddiem il-President ta‘ Malta. Ma kienx messaġġ indirizzat daqstant lill-President attwali u fil-kapaċità tagħha bħala persuna imma l-indirizz ta’ dan iż-żagħżugħ kien lejn il-President bħala simbolu tan-nazzjon Malti. Għaldaqstant, dan kien messaġġ lin-nazzjon.

X’qal dan iż-żagħżugħ lill-President? Fil-qosor, qal:

- Il-Partit Laburista ma għadux partit tal-ħaddiem imma spiċċa partit li jieħu interessi ta’ dawk li jridu jużawh għall-ġid personali tagħhom. Iż-żagħżugħ qal li l-Partit Laburista spiċċa donnu customer care ta’ ċerti nies;

- Mhux vallapena li persuna tinvesti fl-edukazzjoni biex timxi ’l quddiem imma jgħodd lil min taf u jekk wieħed hux viċin ta’ Kastilja ta’ Joseph! Wieħed jinsa s-slogan Laburista li mhux lil min taf imma kemm taf!;

- Donnu min huwa korrott jimxi ’l quddiem fil-ħajja waqt li min huwa onest u ħabrieki jibqa’ lura. Min jevita t-taxxi jmexxi u jgħaddi, u min iħallashom fil-ħin jaqlagħha fuq rasu! Min jgħawweġ donnu jgawdi waqt li min jipprova jimxi b’subgħajh dritt jispiċċa ħażin u mwarrab!

L-ipokresija Laburista ħarġet meta waqt li ftaħru kemm jirrispettaw liż-żgħażagħ, għaliex ma għoġobhomx dan id-diskors spiċċaw jgħajru lil dan iż-żagħżugħ bħala immatur u pupu tan-Nazzjonalisti!

Għalkemm fuq l-ewwel żewġ punti wieħed jista’ jagħmel diskors politiku u allura wieħed jista’ ma jaqbilx,

it-tielet punt wieħed ta’ min verament jinkwieta dwaru għax imur lil hinn minn diskors politiku. Tkun traġedja demokratika jekk pajjiżna jispiċċa jitlef is-sens ta’ legalità. Tkun traġedja demokratika jekk pajjiżna jispiċċa li dak li huwa ħażin jitqies bħala tajjeb.

Tkun traġedja demokratika jekk nitilfu s-sens kritiku li nagħżlu bejn it-tajjeb u l-ħażin. Mhux hekk biss. Jekk verament nispiċċaw f’dan l-istat, x’messaġġ qegħdin inwasslu lil uliedna, iċ-ċittadini ta’ Malta futura? Inkunu verament ġibna l-ġebla fuq saqajna!

Jekk verament inħobbu u nirrispettaw liż-żgħażagħ tagħna, hemm bżonn li mhux biss nagħtuhom il-vot

imma nagħtuhom eżempji ta’ maturit. politika. Lil hinn mill-vot, wieħed għandu joffri eżempji ta’ politika onesta u ta’ politiċi onesti li kapaċi joffru viżjoni kritika u sens ta’ direzzjoni. Nemmen li jekk dan ma jseħħx, allura hemm riskju li l-vot 16 huwa wieħed manupulattiv u se jżid il-firda u l-immaturit. politika. Il-politiċi attwali għandhom responsabbilt. li joffru edukazzjoni politika fejn il-vot mhux biss karta li tista’ tintuża biex tieħu li trid, imma hija vuċi kritika u strument li bih wieħed jista’ jibni soċjetà aħjar.

Iż-żgħażagħ huma onesti u jemmnu fl-onestà. Ejjew inkunu onesti magħhom ukoll.


(Dan l-artiklu ġie ippublikat fuq il-gazzetta Il-Mument – 11 ta' Frar, 2018)

1 view

Comments


BACK
bottom of page